FTUH UFFICJALI TAD-DAY CENTRE FIL-LOKALITA’ TA’ SAN GWANN
PR591
15/05/2003
| Dalghodu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru | ghall-Politika Socjali, responsabbli ghall-kura ta’ l-anzjani, l-Onor. Dr. Frans Agius kien mistieden ghall-ftuh ufficjali ta’ l-ewwel Day Centre f’San Gwann. Dr. Agius gie milqugh mis-Sindku ta’ San Gwann, is-Sur Kurt Guillaumier. |
| Is-Segretarju Parlamentari filwaqt li rringrazzja | lill-Kunsill Lokali ta’ din l-inizjattiva, fahhar din l-inizjattiva` u qal li llum il-gurnata, il-Kunsilli Lokali jistghu jghamlu dan bil-fondi li l-Gvern centrali qed jghaddilhom. |
| Huwa heggeg lill-anzjani biex jghamlu uzu tajjeb | minn dan id-Day Centre u kompla li iktar ma jghaddi z-zmien, iktar ser jaraw li dan id-Day Centre se jkun ta’ beneficcju ghalihom. Dr. Agius tkellem fuq l-importanza li l-anzjani jibqghu fil-komunita` li jghixu fiha, u fuq kemm is-socjeta’ ghandha bzonn l-anzjani. Fl-istess hin heggighom biex jibqghu attivi. |
| Dr. Agius kompla jghid li Kunsilli Lokali ohra | ghandhom ukoll jiehdu din l-inizjattiva sabiex l-anzjani taghna jkollhom fejn jghaddu l-gurnata taghhom. Fil-futur qarib, iktar ser tinhass il-htiega li dan il-post ikun ikbar u ghalhekk tenna li hu ser jaghmel dak kollu possibbli halli meta jasal il-waqt, jinstab post iktar komdu biex l-anzjani ta’ San Gwann ikollhom Day Centre iktar attrezzat u komdu. Dr. Agius qal li dan id-Day Centre ser ikun servizz iehor fil-komunita` biex jizdied ma’ dawk is-servizzi ghall-anzjani gia ezistenti bhalma huma l-Meals on Wheels, il-Handy Man Service u ohrajn. |
| Is-Segretarju Parlamentari Frans Agius inawgura | wkoll is-servizz ta’ l-internet f’dan id-Day Centre, halli permezz ta’ dan is-servizz utli, l-anzjani jkollhom l-opportunita’ li jitghallmu kif jghamlu uzu minn dan is-servizz. Dr. Agius sostna li l-anzjani taghna u dawk ta’ ghada ser ikunu anzjani li jkunu jafu juzaw il-computer u ghalhekk servizz bhal dan zgur li se jservihom ta’ utilita’ kbira. F’dan ic-centru, hemm wkoll kamra attrezzata sabiex l-anzjani li jiffrekwentaw dan id-Day Centre ikunu jistghu jsegwu it-television. |
| Waqt il-ftuh ta` dan | id-Day Centre, l-Onor. Frans Agius iltaqa` ma’ persuna b’dizabilita` u li tahdem mal-Kunsill Lokali ta` San Gwann. Kienet inizjattiva tal-Kunsill li jkollu lil din il-persuna biex tahdem fl-ufficju tieghu bhala voluntiera halli b’hekk tikseb l-esperjenza mehtiega bil-ghan li tipprepara ruha ghad-dinja tax-xoghol. Dr. Agius fahhar bil-qawwa kollha din l-inizjattiva filwaqt li nkoraggixxa mizuri bhal dawn fost il-Kunsilli Lokali kollha. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en