ŻGĦAŻAGĦ AWSTRALJANI F'MALTA BIEX JISKOPRU AKTAR DWAR L-GĦERUQ TAGĦHOM
PR59
17/01/2003
| Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea ltaqa ma' grupp ta' | żgħażagħ Awstraljani li huma kollha dixxendenti ta' Maltin u fil-fatt għandhom kunjomijiet Maltin. Dawn iż-żgħażagħ minn Victoria fl-Awstralja jattendu football clubs differenti u ġew hawn Malta bl-iskop li filwaqt li jilgħabu partiti tal-football ma' timijiet Maltin jiskopru aktar dwar l-għeruq tagħhom. |
| Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ta l-appoġġ tiegħu biex iż-żjara | ta' dawn iż-żgħażagħ tkun tista' issir. Il-Ministeru offra l-użu tal-kumpless sportiv tal-Marsa fejn saru partiti bejn ż-żgħażagħ Awstraljani u selezzjonijiet mill-Ħamrun Spartans, players Niġerjani, mill-HSBC kif ukoll mal-Balzan Youth u l-MFA under 21. Il-Ministeru pprovda wkoll it-trasport lokali kollu waqt din iż-żjara. |
| Il-Grupp hu magħmul minn 14-il żagħżugħ li qed jiġu | akkumpanjati mis-Sur Joe Stafrace u s-Sur Tony Stafrace u l-Coach William Vassallo (ex-player tal-Furjana). Is-Sur Harry Zammit Cordina kkoordina l-attivitajiet hawn Malta. Dan hu t-tieni grupp ta' żgħażagħ b'dixxendenza Maltija li qed iżur pajjiżna. L-ewwel grupp żar Malta sentejn ilu. |
| Il-Ministru Louis Galea qal li hu kuntent ħafna jara li żgħażagħ | Awstraljani qed jieħdu interess f'art twelid il-ġenituri tagħhom. Hu qal li ta' min iffaħħar inizjattivi bħal dawn fejn iż-żgħażagħ mhux biss jivvjaġġaw għal xi vakanza iżda jiskopru aktar dwar il-pajjiż u fl-istess ħin jipprattikaw l-isport. Il-Ministru tenna li l-Gvern Malti jqis lil dawn iż-żgħażagħ bħala Maltin li jgħixu barra u għalhekk dejjem lest li jappoġġja inizjattivi li jqarbuna dejjem aktar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931