Left arrow Go Back

ŻGĦAŻAGĦ AWSTRALJANI F'MALTA BIEX JISKOPRU AKTAR DWAR L-GĦERUQ TAGĦHOM

PR59
Date Icon 17/01/2003
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea ltaqa ma' grupp ta'żgħażagħ Awstraljani li huma kollha dixxendenti ta' Maltin u fil-fatt għandhom kunjomijiet Maltin. Dawn iż-żgħażagħ minn Victoria fl-Awstralja jattendu football clubs differenti u ġew hawn Malta bl-iskop li filwaqt li jilgħabu partiti tal-football ma' timijiet Maltin jiskopru aktar dwar l-għeruq tagħhom.
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ta l-appoġġ tiegħu biex iż-żjarata' dawn iż-żgħażagħ tkun tista' issir. Il-Ministeru offra l-użu tal-kumpless sportiv tal-Marsa fejn saru partiti bejn ż-żgħażagħ Awstraljani u selezzjonijiet mill-Ħamrun Spartans, players Niġerjani, mill-HSBC kif ukoll mal-Balzan Youth u l-MFA under 21. Il-Ministeru pprovda wkoll it-trasport lokali kollu waqt din iż-żjara.
Il-Grupp hu magħmul minn 14-il żagħżugħ li qed jiġuakkumpanjati mis-Sur Joe Stafrace u s-Sur Tony Stafrace u l-Coach William Vassallo (ex-player tal-Furjana). Is-Sur Harry Zammit Cordina kkoordina l-attivitajiet hawn Malta. Dan hu t-tieni grupp ta' żgħażagħ b'dixxendenza Maltija li qed iżur pajjiżna. L-ewwel grupp żar Malta sentejn ilu.
Il-Ministru Louis Galea qal li hu kuntent ħafna jara li żgħażagħAwstraljani qed jieħdu interess f'art twelid il-ġenituri tagħhom. Hu qal li ta' min iffaħħar inizjattivi bħal dawn fejn iż-żgħażagħ mhux biss jivvjaġġaw għal xi vakanza iżda jiskopru aktar dwar il-pajjiż u fl-istess ħin jipprattikaw l-isport. Il-Ministru tenna li l-Gvern Malti jqis lil dawn iż-żgħażagħ bħala Maltin li jgħixu barra u għalhekk dejjem lest li jappoġġja inizjattivi li jqarbuna dejjem aktar.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow