Il-Ministru ghal-Ghawdex iżżur il-Health Promotion Week fl-Iskola Ninu Cremona, Victoria
| Il-Ministru | ghal Ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono, dalghodu żaret il-Heath Promotion Week li qed issir bejn l-14 u s-16 ta’ Mejju fl-Entrance Hall ta’ l-Iskola Sekondarja u Junior Lyceum Ninu Cremona fir-Rabat Ghawdex. |
| Is-sala | hija ddominata minn żewg piramidi: wahda mimlija b’ikel ta’ vera u mqassma f’livelli skond kif ghandu jittiekel. It-tieni piramida turi t-tip ta’ ikel li qeghdin jieklu l-istudenti. Twaqqfet ukoll esebizzjoni dwar l-eżercizzji fiżici li wiehed ghandu jaghmel. Gruppi differenti ta’ studenti qieghdin jattendu ghal tahdidiet dwar l-eżercizzju u l-ikel li huwa tajjeb ghas-sahha. Attivitajiet ohra li qed isiru f’dawn il-jiem jinkludu demostrazzjonijiet dwar kif jigu ppreparati ikliet semplici u nutrittivi u liema ngredjenti ghandhom jintużaw. Hemm ukoll esebizzjoni ta’ ikel nutrittiv li jista’ jinxtara lokalment u li l-istudenti jistghu iduqu b’xejn fuq il-post. |
| “It-tfal | ghanhdom dritt li jikbru f’dar, skola u komunita’ b’ambjent san. L-iżvilupp tat-tfal huma u jikbru – u dak tad-dinja taghhom – jiddependi fuq kemm jieklu ikel sustanzjuż meta jkunu żghar. Hija responsabbilta’ taghna lkoll genituri, edukaturi u min imexxi, li nassiguraw li nedukaw lit-tfal sabiex jghixu hajja itwal u aktar attiva,” qalet il-Ministru Debono waqt li daret l-esebizzjoni. |
| Survey li | sar fl-istess skola ma’ tfal subien ta’ bejn il-11 u s-16-il sena wera bic-car li hafna mill-istudenti ma jaghmlux ghażliet favur sahhithom. Fil-fatt jieklu hafna snacks mhux addattati, li fihom wisq zokkor, melh u xaham. Il-lunch ta’ l-iskola mhuwiex bilancjat – li jfisser li l-hobż rari huwa wholemeal, u hafna drabi l-helu jiehu post xi frotta friska. Deher ukoll li fost l-istudenti l-kbar qed jigi kkunsmat hafna alkohol u qed jithallat ix-xorb, filwaqt li l-eżercizzju li jsir minn xi whud mhuwiex konsistenti. Ghadd kbir minn dawn iż-żghażagh ghandhom piż żejjed u dan qed iwassal biex numru minnhom ibatu minn stima baxxa taghhom infushom. |
| Din | is-sena t-tema tal-Gurnata Dinjija tas-Sahha kienet “Ambjent San ghat-Tfal”. Ghalhekk fl-iskola Ninu Cremona gie deciż li jigi organizzat programm biex jippromwovu stil ta’ hajja aktar san mifrux fuq tlett ijiem. |
| Din | l-attivita’ ghandha diversi ghanijiet, fosthom: |
· Li tqajjmem kuxjenza u tippromwovi edukazzjoni dwar temi relatati mas-sahha ta’ l-istudenti u l-genituri taghhom
· Li l-istudenti jaghrfu dak li ghandhom jieklu u l-konsegwenzi ta’ abitudnijiet ta’ ikel mhux addattat u nuqqas ta’ ezercizzju
· Li l-istudenti jduqu u jsiru jafu dwar ikel sustanzjuż
· Li tinkoraggixxi lill-istudenti biex jippreparaw ikliet sustanzjużi huma stess
· Li l-istudenti jkunu jistghu jibdew eżercizzji addattati ghalihom
Din l-attivita’ hija kordinata mill-guidance u l-home economics teachers ta’ l-iskola b’kollaborazzjoni mal-koordinatur ghal Skolasport f’Ghawdex u hija sponsorjata mill-Good Earth, Nestle Malta, HealthPromotion Unit, OASI u Benna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en