Left arrow Go Back

Il-Ministru ghal-Ghawdex iżżur il-Health Promotion Week  fl-Iskola Ninu Cremona, Victoria

PR589
Date Icon 15/05/2003
Il-Ministrughal Ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono, dalghodu żaret il-Heath Promotion Week li qed issir  bejn l-14 u s-16 ta’ Mejju  fl-Entrance Hall ta’ l-Iskola Sekondarja u Junior Lyceum Ninu Cremona fir-Rabat Ghawdex.
Is-salahija ddominata minn żewg piramidi: wahda mimlija b’ikel ta’ vera u mqassma f’livelli skond kif ghandu jittiekel.  It-tieni piramida turi t-tip ta’ ikel li qeghdin jieklu l-istudenti.  Twaqqfet ukoll esebizzjoni dwar l-eżercizzji fiżici li wiehed ghandu jaghmel.  Gruppi differenti ta’ studenti qieghdin jattendu ghal tahdidiet dwar l-eżercizzju u l-ikel li huwa tajjeb ghas-sahha.  Attivitajiet ohra li qed isiru f’dawn il-jiem jinkludu demostrazzjonijiet dwar kif jigu ppreparati ikliet semplici u nutrittivi u liema ngredjenti ghandhom jintużaw.  Hemm ukoll esebizzjoni ta’ ikel nutrittiv li jista’ jinxtara lokalment u li l-istudenti jistghu iduqu b’xejn fuq il-post.
“It-tfalghanhdom dritt li jikbru f’dar, skola u komunita’ b’ambjent san.  L-iżvilupp tat-tfal huma u jikbru – u dak tad-dinja taghhom – jiddependi fuq kemm jieklu ikel sustanzjuż meta jkunu żghar.  Hija responsabbilta’ taghna lkoll genituri, edukaturi u min imexxi, li nassiguraw li nedukaw lit-tfal sabiex jghixu hajja itwal u aktar attiva,” qalet il-Ministru Debono waqt li daret l-esebizzjoni.
Survey lisar fl-istess skola ma’ tfal subien ta’ bejn il-11 u s-16-il sena wera bic-car li hafna mill-istudenti ma jaghmlux ghażliet favur sahhithom.  Fil-fatt jieklu hafna snacks mhux addattati, li fihom wisq zokkor, melh u xaham. Il-lunch ta’ l-iskola mhuwiex bilancjat – li jfisser li l-hobż rari huwa wholemeal, u hafna drabi l-helu jiehu post xi frotta friska.  Deher ukoll li fost l-istudenti l-kbar qed jigi kkunsmat hafna alkohol u qed jithallat ix-xorb, filwaqt li l-eżercizzju li jsir minn xi whud mhuwiex konsistenti. Ghadd kbir minn dawn iż-żghażagh ghandhom piż żejjed u dan qed iwassal biex numru minnhom ibatu minn stima baxxa taghhom infushom.
Dinis-sena t-tema tal-Gurnata Dinjija tas-Sahha kienet “Ambjent San ghat-Tfal”.  Ghalhekk fl-iskola Ninu Cremona gie deciż li jigi organizzat programm biex jippromwovu stil ta’ hajja aktar san mifrux fuq tlett ijiem.
Dinl-attivita’ ghandha diversi ghanijiet, fosthom:

·     Li tqajjmem kuxjenza u tippromwovi edukazzjoni dwar temi relatati mas-sahha ta’ l-istudenti u l-genituri taghhom

·     Li l-istudenti jaghrfu dak li ghandhom jieklu u l-konsegwenzi ta’ abitudnijiet ta’ ikel mhux addattat u nuqqas ta’ ezercizzju

·     Li l-istudenti jduqu u jsiru jafu dwar ikel sustanzjuż

·     Li tinkoraggixxi lill-istudenti biex jippreparaw ikliet sustanzjużi huma stess

·     Li l-istudenti jkunu jistghu jibdew eżercizzji addattati ghalihom 

Din l-attivita’ hija kordinata mill-guidance u l-home economics teachers ta’ l-iskola b’kollaborazzjoni mal-koordinatur ghal Skolasport f’Ghawdex u hija sponsorjata mill-Good Earth, Nestle Malta, HealthPromotion Unit, OASI u Benna.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow