Left arrow Mur Lura

MESSAGG GHAL Jum  Internazzjonali tal-Familja

PR582
Date Icon 13/05/2003
Il-KummissjoniNazzjonali Familja illum tingħaqad man-Nazzjonijiet Uniti sabiex timmarka l-Jum Internazzjonali tal-Familja.
Kulhaddjitwieled u jgħix ġewwa familja ta’ xi forma jew oħra, sew jekk hija l-familja oriġinali, jew il-familja li jifforma, familja li taddottah jew li toffrilu kenn għal xi żmien, familja nukleari jew il-familja estiża.
Il-familjahija dik l-istruttura li toffri stabbilita lil persuna, sabiex din tkun tista’ taffaċċja l-ħajja ta’ kuljum u  taqdi d-dmirijiet tagħha. F’dawk il-familji li jiltaqgħu ma’ problemi, din l-istabbilita tista’ tkun nieqsa, u dan in-nuqqas jaffettwa l-mod kif il-persuni jgħixu l-ħajja ta’ kuljum.
F’danil-jum dedikat lill-familja, il-Kummissjoni Nazzjonali Familja tħeġġeġ lil Maltin sabiex jagħrfu l-importanza tal-familja f’soċjeta li dejjem qed tinbidel, u jsibu metodi sabiex isaħħuha.
Il-familjatissaħħaħ meta l-membri tagħha jgħaddu ħin flimkien, jitkellmu dwar dak li jgħaddu minnu u joffru appoġġ lil xulxin.  Il-komunikazzjoni bejn l-adulti, u bejn l-adulti u tfal hija l-mezz li bih il-membri juru li jimpurtahom minn xulxin, joffru kritika kostruttiva u jgħaddu l-valuri lil xulxin.
Fil-JumInternazzjonali tal-Familja, il-Kummizzjoni Nazzjonali Familja tħeġġeġ lill-familja kollha sabiex isibu l-hin biex ikunu flimkien u jitkellmu ma’ xulxin, ghax b’hekk ikunu qed jibnu familji b’saħħithom li jirfdu s-socjeta, u jsaħħuha biex tkun tista’ tiflaħ għall-isfidi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow