NOMINA TA’ OSSERVATURI MALTIN FIL-PARLAMENT EWROPEW
PR573
09/05/2003
L-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor. Anton Tabone, illum ġie infurmat uffiċjalment li l-Prim Ministru u l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni kienu nnominaw il-ħames Membri Parlamentari li se jinħatru Osservaturi fil-Parlament Ewropew.
Il-Membri nominati min-naħa tal-Gvern huma l-Onor. Josef Bonnici, l-Onor. Michael Frendo u l-Onor. Tonio Fenech, filwaqt li l-Membri nominati min-naħa ta’ l-Oppożizzjoni huma l-Onor. George Vella u l-Onor. John Attard Montalto.
| Dawn il-Membri se jibdew l-impenji uffiċjali | tagħhom minn nhar it-Tnejn stess meta huma mistennija jattendu s-sessjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir fi Strasbourg. Għal din is-sessjoni mistennija jattendu l-Osservaturi maħtura mill-għaxar pajjiżi li se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004. |
| F’ittra li bagħat lill-President tal-Parlament | Ewropew, Pat Cox, l-iSpeaker tal-Kamra għaddielu l-ismijiet ta’ l-Osservaturi Maltin. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en