IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI DR FRANS AGIUS JATTENDI KONFERENZA TAL-KUNSILL TA’ L-EWROPA LI TTRATTAT IL-PERSUNI B’DIZABILTA’
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr. Francis Agius illum wasal lura minn Konferenza tal-Kunsill ta' l-Ewropa fejn kien mistieden biex jattendi mill-Ministru tal-Politika Socjali Spanjol, Edwardo Zaplana. Waqt li kien qed jindirizza lill-istampa lokali mal-wasla tieghu lura, Dr. Frans Agius qal li din kienet it-tieni konferenza li ttrattat il-persuni b'disabilita'. L-ahhar konferenza saret fl-1991.
Dr. Frans Agius qal li tqajjem il-punt li ghandu jkun hemm awareness totali minn kulhadd dwar il-mod kif ghandhom jigu trattati l-persuni li jsofru minn xi forma ta' disabilita'. Dr. Agius ikkumenta li Malta issa tinsab in line mal-pajjizi l-ohra fejn jidhlu ligijiet li jittrattaw persuni b'disabilita'. Huwa ghamel referenza ghal-ligijiet li ghaddew fil-parlament Malti fis-sena 2000.
| Il-konferenza | enfasizzat il-fatt li issa minn welfare state hemm bzonn naqilbu ghalbiex insiru welfare society. Kien ta' sodisfazzjon kbir li tara lil Malta tippartecipa ghal din il-konferenza f'din is-sena dedikata ghall-persuni b'dizabilita' mill-Unjoni Ewropea, kompla jghid Dr. Agius. |
| F'din | il-konferenza gie enfasizzat il-fatt li l-Gnus Maghquda ghandha tara li hafna minn dawn il-ligijiet jigu mplimentati fid-dinja kollha. Kien hemm referenza ukoll li mhux biss ghandu jkun hemm accettazjoni fizika ghal dawn il-persuni imma wkoll accettazjoni totali mis-socjeta’ minghajr ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni fuq il-post tax-xoghol, ghal dawn il-persuni li jsofru minn disabilita'. |
| Id-disabilita' | mhix haga li tolqot lil kulhadd l-istess, imma hi xi haga personalizzata u li kull persuna ghandha tigi trattata fuq bazi ndividwali; ghax hadd hlief dawn il-persuni, ma jista' jifhem ahjar il-problemi li ggib maghha d-disabilita' li ghandhom. |
| Din | il-konferenza ma setghetx issir f'mument aktar opportun minnhekk, zied jghid Dr. Agius. Din il-konferenza qed thares il-quddiem lejn l-ghaxar snin li gejjin. |
| “F'mument meta jiena | bdejt din il-hidma gdida tieghi bhala Segretarju Parlamentari responsabli ghal persuni b'disabilita', mument importanti ghal Malta meta issa minn hawn u ftit xhur ohra, Malta ser tifforma parti mill-Unjoni Ewropea, ser nara li bhala Segretarju Parlamentari, ser ingibu l-fondi kollha mehtiega li joffri l-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Unjoni Ewropea, halli jkun jista' jsir it-tahrig mehtieg kollu, kemm ghall-persuni b'disabilita’ infushom, kemm ghall-hajja taghhom biex tkun iktar komda, kif ukoll bhala tahrig ghal dawk li jduru bihom.” |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en