ID-DIVIŻJONI TAL-KONSUMATUR U TAL-KOMPETIZZJONI JWISSI DWAR ĠUGARELLI PERIKOLUŻI
PR571
09/05/2003
| Minn informazzjoni li waslet lid-Diviżjoni tal-Konsumatur u | tal-Kompetizzjoni, uħud mill-pajjiżi Ewropej qed jirtiraw mis-swieq, il-ġugarell magħruf bħala ‘Yo Yo Water Ball’ u ġugarelli simili, minħabba li dawn jistgħu ikunu ta’ periklu għat-tfal. |
| Bħalissa, | id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni flimkien mad-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq, bl-għajnuna ta’ l-Awtorità Maltija dwar l-Istandards, qed ikomplu jinvestigaw is-sitwazzjoni fuq dan il-prodott, biex jiġi stabilit il-periklu relatat. |
| Id-Diviżjoni | tixtieq tavża lill-konsumatur sabiex jagħti l-attenzjoni meħtieġa waqt l-użu ta’ dan il-prodott partikolarment mit-tfal. |
| F’każ | ta’ diffikultà wieħed jista’ ikkunttatja lid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni fuq Freephone 120 jew 21446250-5. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en