LEJN MALTA FL-EWROPA - minn Copenhagen sa Ateni
PR570
09/05/2003
| Id-Dipartiment | ta’ l-Informazzjoni għadu kif ħareġ pubblikazzjoni b’ritratti u dokumenti dwar il-ġrajjiet li seħħew minn meta Malta għalqet in-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea sa meta ffirmat it-Trattat ta’ Sħubija. |
| “Lejn Malta fl-Ewropa – | minn Copenhagen sa Ateni”, pubblikazzjoni ta’ 32 paġna bil-kulur, hija minnha nnifisha tifkira viżiva ta’ l-avvenimenti kif ġraw minn Diċembru tas-sena l-oħra sa April li għadda, fosthom is-Summit Ewropew f’Copenhagen, id-Dibattitu Parlamentari dwar id-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, ir-Referendum, ix-xoljiment tal-Parlament, l-Elezzjoni Ġenerali, il-ġurament tal-ħatra tal-Prim Ministru u tal-Kabinett u l-laqgħa storika f’Ateni. |
| Il-Pubblikazzjoni | tinsab għall-bejgħ għall-prezz ta’ Lm1 minn dawn il-postijiet: |
| - DOI Sales Office, | 3 Misraħ Kastilja, Valletta. - Sezzjoni Informazzjoni, Banca Giuratale, Victoria Ghawdex. - Agenda Bookshops: University Complex, Msida Plaza Complex, Sliema Embassy Complex, Valletta Topline Megastore, St Andrews - Hertie Library, Triq Żakkarija, Valletta. - Sapienzas, Triq ir-Repubblika, Valletta. |
| Min | jixtri l-pubblikazzjoni, jingħata ukoll poster bil-kulur ta’ l-iffirmar tat-Trattat ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea mill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami u mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Joe Borg, fis-16 ta’ April 2003, f’Ateni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261935en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261935