IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO IZUR IL-PLAZA SHOPPING ARCADE, SLIEMA
PR569
09/05/2003
| Is-Segretarju | Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi l-Onor. Edwin Vassallo kien mistieden izur il-kumpless Plaza f’tas-Sliema, ghall-okkazjoni ta’ “JUM L-EWROPA”. Matul din iz-zjara, is-sur Vassallo kellu l-opportunita’ jitkellem ma’ diversi sidien tan-negozju f’laqgħa li kienet organizzata mill-management tal-kumpless Plaza Shopping Arcade. Huwa ddiskuta wkoll is-sitwazzjoni preżenti li minnha għaddejjin dawn in-negozji f’dan il-kumpless. |
| F’diskors | li ghamel l-Onor. Vassalo huwa qal li: |
| “Id-deċiżjoni | li pajjiżna jsir membru ta’ l-Unjoni Ewropea wasslet biex f’pajjiżna l-kummerċ igawdi minn serħan tal-moħħ u trankwillita’ li l-poplu tagħna qed jghix fih. Dan wassal biex il-poplu Malti u Għawdxi jżid in-nefqa fil-konsum. Dan qed jinħass fil-ħwienet u n-negozji tant li huma ħafna dawk l-istabbilimenti li rrappurtaw żjieda fil-bejgħ. |
| Iż-żjieda | fil-kummerċ m’hijiex kumbinazzjoni. Infatti kien mistenni minn qabel li kemm-il darba l-poplu tagħna kellu jiddeċiedi kontra d-dħul ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, n-negozju f’pajjiżna kien jonqos. Bil-kuntrarju kien prevvist ukoll li permezz tad-deċiżjoni favur id-dħul ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, n-negozju f’pajjiżna kellu jiżdied. Hekk qed jiġri, u hekk qed ikun irrapurtat min-negozji tagħna. |
| L-istess | Unjoni Ewropea qed tikkalkula li permezz ta’ dan it-tkabbir, ser tkun qed issaħħaħ is-suq tagħha li ser ilaħħaq mal-500 miljun konsumatur. Pajjiżna huwa parti minn dan is-suq li issa permezz ta’ dan it-tkabbir, ser ikun fost l-akbar suq li jesporta u waħdu ser ikollu madwar 20% ta’ l-esportazzjoni kollha li ssir fuq livell internazzjonali. Għaldaqstant huwa wkoll ikkalkulat li n-negozju fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea ghandu jiżdied b’9%. Dan ifisser li b’dan l-eżerċizzju ta’ tkabbir li pajjiżna qed jiehu sehem fih, ser ikompli jgħin biex jiżdied in-negozju u l-kummerċ fil-pajjiżi membri ġodda. |
| F’pajjizna | dan it-titjib qed jinħass. L-ottimiżmu fil-ġejjieni qed jinħass kemm mill-konsumaturi kif ukoll mill-imprendituri tagħna. Qed nistennew żjieda fin-nefqa tal-konsum u qed nistennew ukoll li l-ħwienet tagħna jkomplu jgawdu minn staġuni ohra ta’ bejgħ. |
| Nawgura | li l-imprendituri tagħna jarmaw mill-aħjar li jistgħu in-negozju tagħhom u jaraw li jkollhom l-iktar prezzijiet kompetittivi. Huwa fatt magħruf li grazzi għall-kompetizzjoni, il-konsumatur jkun jista’ jgawdi minn għażla akbar u prezzijiet irħas. Filwaqt li jiżdied il-bejgħ nistennew ukoll kif diġa’ qed naraw prezzjiet aktar kompetittivi u għażla ta’ prodotti li dejjem qed tikber.” |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en