Il-KUMMISSJONI NAZZJONALI FAMILJA TIPPREZENTA R-RAPPORT TA’ L-EWWEL SENTEJN TA’ HIDMA
PR567
09/05/2003
| Il-Kummissjoni | Nazzjonali Familja ghandha r-rwol importanti li tiggwida lill-gvern bil-pariri taghha fit-tfassil tal-politika ghall-familja. Dan qalu l-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor. Dr. Lawrence Gonzi, waqt laghha li matulha l-Kummissjoni Nazzjonali Familja ppreżentat ir-rapport ta’ l-ewwel sentejn ta’ ħidma tagħha. F’dan ir-rapport, il-Kummissjoni elenkat l-attivitajiet u inizjattivi li ttiehdu matul dawn is-sentejn. |
| Il-Kummissjoni | twaqqfet bl-iskop li taghti parir lil gvern dwar it-tfassil ta’ politika ghall-familja, tiffacilita l-kordinazzjoni tas-servizzi li jinghataw lill-familji u tistudja l-impatt socjali u ekonomiku ta’ tibdil leġislattiv fuq il-familja. Matul is-sentejn li ilha mwaqqfa, il-Kummissjoni ħadmet biex tistabbilixxi ruħha u tagħmel dik ir-riċerka meħtieġa sabiex tkun tista’ twettaq l-għanijiet li għalihom twaqqfet. |
| Ir-rapport ta’ | ħidma tal-Kummissjoni jagħti ħarsa lejn dawk l-inizjattivi li ttiehdu f’diversi oqsma, li jinkludu riċerka, laqgħat u konferenzi, u l-qasam leġislattiv. |
| Konferenza | nazzjonali bit-tema Building Bridges: Networking between Family Services, li ġiet organizzata fil-15 ta’ Mejju 2002, li jaħbat Jum il-Familja ġabet flimkien lill-entitajiet governattivi u s-socjeta’ civili nvoluta fil-qasam tal-familja. F’din il-konferenza gew identifikati aspetti fejn il-koperazzjoni bejn l-entitajiet hija b’saħħitha, u oqsma fejn din ghandha titjieb. |
| Minn suġġerimenti | li ħarġu f’din il-konferenza, il-Kummissjoni ħadet spunti u bdiet tistudja oqsma ta’ servizzi sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti s-suġġerimenti tagħha dwar kif dawn għandhom jitjiebu. Saru ukoll diskussjonijiet ma’ numru ta’ entitajiet, fosthom il-Korp tal-Pulizija, fejn gew stabbiliti metodi kif is-servizzi li jingħataw jistgħu ikun aktar immirati għall-bżonnijiet tal-familja. |
| Il-Kummissjoni | tapprezza il-bżonn ta’ riċerka li tipprovdi bażi soda ta’ gwida favur politika ghall-familja. Għaldaqstant, diġa nbeda x-xogħol fuq riċerka dwar Familji Maltin f’sitwazzjoni ta’ faqar. Dan l-istudju qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika u għandu jservi biex minnu jinħarġu proposti għal politika li tgħin lill-familji li jghixu fil-faqar itejbu l-kwalita’ ta’ hajja tagħhom. |
| “Tajjeb li | nibdew nitkellmu mhux biss fuq gender mainstreaming imma wkoll fuq family mainstreaming”, enfasizza l-Ministru Lawrence Gonzi. Il-familja dejjem kienet meqjusa minn dan il-gvern bħala l-pern tas-soċjeta’, u huwa għalhekk li twaqqfet il-Kummissjoni Nazzjonali Familji, sabiex il-bzonnijiet tal-familja jiġu kkunsidrati fit-tfassil, t-twettiq u l-harsien tal-progetti u l-ligijiet li l-Gvern jkun qed jikkunsidra. |
| Huwa qal li t-tibdil | fid-dinja tax-xoghol, partikolarment l-infless tat-teknologija, l-bzonn ta’ partecipazzjoni aktar attiva tal-mara fid-dinja tax-xoghol u fl-izvilupp ekonomiku, u l-forom godda ta’ familja qed ikollhom impatt sinifikanti fuq il-familji Maltin u ghaldaqstant il-Kummissjoni Nazzjonali Familja ghandha tistudja u tirrakkomanda l-Gvern dwar mizuri li jkomplu jsahhu l-familja. |
| Il-Ministru | Gonzi wera l-apprezzament tal-Gvern ghall-kontribut li l-Kummissjoni Nazzjonali Familja diġa tat lil qasam tal-familja, u huwa kommess li jkompli jsaħħah u jappoġġja l-operat tagħha sabiex tkun tista’ sservi ta’ vuċi dejjem aktar soda tal-familji Maltin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261935en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261935