IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FRANCIS AGIUS JATTENDI KONFERENZA TAL-KUNSILL TA' L-EWROPA DWAR IL-PERSUNI B'DISABILITÀ
Is-Segretarju Parlamentari fi hdan il-Ministeru ghall-Politika Socjali Dr. Francis Agius, qed jattendi ghat-tieni konferenza tal-Kunsill ta' l-Ewropa ghall-Ministri responsabbli minn persuni b'disabilita'. Din il-konferenza l-ahhar li saret kien f' Parigi fi Franza fl-1991, fejn kien enfasizzat li jkun hemm integrazzjoni totali u r-rispett totali tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll id-dinjita' ta' kull individwu.
Il-Konferenza, li qed issir f' Malaga gewwa Spanja, ser tistudja r-rizultat ta' dak kollu li kellu jigi implimentat fil-laqgha tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' 1991 u ghaliha qed jattendu 44 stati membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa, li gew mistiedna mill-Ministru ghall-Politika Socjali Spanjol Mr. Eduardo Zaplana. Din il-Konferenza qed issir fl-isfond tas-sena ddedikata mill-Unjoni Ewropea ghall-persuni b'disabilita'. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb fuq il-website www.coe.int/soc-sp
Is-Segretarju Parlamentari Dr. Francis Agius huwa mistenni lura Malta nhar il-Gimgha, 9 ta' Mejju
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en