Left arrow Go Back

XOGĦLIJIET TA’ EMERĠENZA FUQ IL-FAĊĊATA TA’ L-ISKOLA SEKONDARJA TAŻ-ŻEBBUĠ

PR562
Date Icon 08/05/2003
Wara li ġie irrappurtat li waqgħu xi biċċiet tal-konkos mill-faċċatata’ l-iskola sekondarja taż-Żebbuġ sar intervent ta’ emerġenza immedjat fuq l-istess faċċata biex jiġi evitat il-periklu li jaqgħu biċċiet oħra.  Dan ix-xogħol ta’ emerġenza qed isir b’mod tempornaju sakemm jibda proġett estensiv li hu ppjanat għal din l-iskola.
Il-proġettf’din l-iskola jinkludi xogħlijiet strutturali estensivi biex il-problemi li hemm jiġu solvuti darba għal dejjem.  Għalkemm il-problema fl-iskola ta’ Ħaż-Żebbuġ ilha teżisti, ftit wara li twaqqfet il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada sar studju fuq l-istruttura ta’ l-iskola u sar magħruf x’hemm bżonn isir f’din l-iskola.  Il-Fondazzjoni mill-ewwel lestiet id-disinji u sottomettiet l-applikazzjoni mal-MEPA biex ikunu jistgħu jibdew x-xogħlijiet.  Waħda mid-diffikultajiet ewlenin hi li l-iskola tinsab fil-qalba tar-raħal u għalhekk hi soġġetta għal regolamentazzjoni stretta.
Filwaqtli l-Fondazzjoni se tkun qed twettaq xogħlijiet regolari fuq il-faċċata biex jitnaqqas il-perikolu, malli joħorġu l-permessi se jibda x-xogħol strutturali.  Hu mistenni li l-permessi jinħarġu fi żmien qasir biex matul ix-xhur tas-sajf jibda x-xogħol.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow