Left arrow Mur Lura

DISKORS MIS-SEGRERTARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO FL-OKKAŻJONI TAT-TNEDIJA TA’ PROĠETT PILOTA FI ĦDAN IL-LEONARDO DA VINCI VOCATIONAL TRAINING PROGRAMME BIT-TITLU SUĊĊESS GĦAL IMPRIŻI TAL-MANIFATTURA ŻGĦAR F’PAJJIŻI ŻGĦAR

PR560
Date Icon 08/05/2003
It-tkabbirta’ l-Unjoni Ewropea huwa avveniment li ser jeffetwa kemm l-ekonomiji nazzjonali tal-pajjiżi membri kif ukoll ta’ dawk li ser ikunu membri ġodda.  Dan ifisser tibdil fil-mod ta’ kif ser ikun qed isir in-negozju u l-kummerċ f’dawn il-pajjiżi li issa flimkien, fi żmien sena, ser ikun blokk ekonomiku wieħed.
Dinir-realtà tfisser li għandna quddiemna sena fejn nistghu nagħmlu l-aħħar preparamenti sabiex nassiguraw li kull negozju u kull imprenditur ikun mħejji u jaf sewwa x’ifisser dan l-appuntament.  B'hekk inkunu nistgħu nieħdu l-aktar li nistgħu minn dan l-avveniment, li mhux ser jkun esperjenza ta’ darba iżda esperjenza kontinwa għal kull min qiegħed fin-negozju.
Huwamistenni li t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea jkollu impatt pożittiv fuq l-ekonomiji tal-pajjiżi ġodda, kif ukoll tal-pajjiżi membri għax jixpruna qawmien u riġenerazzjoni ta’ l-ekonomiji li flimkien ser jagħmlu blokk ekonomiku wieħed Ewropew, fejn il-kummerċ ikun jista’ jsir bl-inqas tfkixkil possibbli.
Kullrestrizzjoni għall-kummerċ bejn il-pajjiżi tnaqqas il-probabbilità li jsir in-negozju. It-tneħħija ta’ miżuri ta’ protezzjoni li kull ekonomija setgħet maż-żmien introduċiet sabiex tipproteġi settur jew setturi minn kompetizzjoni barranija issa ser jitneħħew, mhux biex dawk is-setturi li kienu qed jiġu protetti b’xi miżuri speċifiċi jitilfu l-protezzjoni tagħhom li setgħu kienu qed igawdu, iżda sabiex dawn is-setturi mal-kumplament ta’ setturi oħra jkunu mħarsa b’mod ġdid.  Illum fid-dinja fejn il-kummerċ qed isir aktar globalizzat, il-mod ta’ kif inrawwmu l-ekonomiji tagħna u naraw li dawn l-ekonomiji jaslu li joħolqu aktar impjiegi u jiġġeneraw aktar ġid qed jinbidel.  Illum qed naraw li l-aħjar metodu biex inwasslu għal tkabbir ekonomiku huwa l-inklużjoni ta’ kull settur ta’ l-ekonomija f’suq kompetittiv.
Ħarsalejn il-prijoritajiet ta’ ekonmija ġdida f’epoka totalment differenti mill-perjodu ta’ qabel fejn kull Gvern kien jaħseb aktar għal rasu kif ser ikampa, għandna ninnotaw fis-suq ta’ l-impjiegi bidla minn impjieg f’industrija li hija bbażata fuq il-paga rħisa (labour intensive) lejn industrija aktar mixħuta fuq il-kapaċitajiet krejattivi tal-ħaddiema tagħha (skill intensive).  Saħansitra f’dawn iċ-ċirkustanzi, il-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ diversi servizzi għandu jwassal biex tiżdied il-kompetittività.
Huwafatt magħruf, li meta jiżdiedu l-operaturi tiżdied aktar il-krejattività fis-servizzi ġodda u dan iwassal għal żjieda kemm fl-attività kummerċjali kif ukoll fil-ħolqien ta’ impjiegi ġodda.
Dankollu jwassalna biex nifhmu aħjar li wasal iż-żmien li kull negozju, kull imprenditur, u kull agenzija li ġiet imwaqqfa biex tgħin lil min qiegħed fil-kummerċ, jara kif jista’ issa jieħu l-aktar minn dan it-tibdil li qed isir fis-suq.  Għalhekk kull aġenzija hija fid-dmir li tara kif tgħin lil min huwa żgħir fin-negozju u għandha tifhem ukoll ir-rwol tagħha bħala enerġija li kapaċi tixpruna idejat ġodda.
F'dawniċ-ċirkustanzi, l-IPSE bħal ma qed jagħmlu aġenziji simili f’pajjiżi oħra qed tieħu dan ir-rwol li tara li negozji żgħar f’pajjiżna jkunu ppreparati mill-aħjar li jistgħu sabiex flimkien ma’ ohrajn simili minn pajjiżi oħra jitgħallmu mill-esperjenza ta’ xulxin u flimkien ma’ ħaddieħor joffru servizz u prodott aħjar.
Din l-attività ta’ llum li fiha qedinniedu speċifikament proġett mgħejjun mill-Unjoni Ewropea magħruf aħjar bħala Leonardi Da Vinci Vocational Training Programme –11, huwa xhieda ta’ kif negozji żgħar Maltin u Għawdxin flimkien ma’ oħrajn ġejjin minn pajjiżi li huma wkoll bħala Malta u Għawdex gzejjer, ser ikunu qed igawdu minn din l-esperjenza ġdida.  Dan huwa programm ta’ taħriġ.  L-aktar investiment importanti u prestiġjuż li nistgħu nagħmlu fin-negozji żgħar tagħna huwa proprju t-taħriġ.
Ngħidgħalija bħala sid ta’ negozju żgħir li naf xi tfisser li tkun żgħir ħdejn min huwa akbar minnek irrid nawgura li din l-esperjenza li qed inniedu illum ma’ sħabi li ġejjin minn gżejjer żgħar bħal tagħna, tkun għalihom esperjenza li kapaċi tgħinna ngħarrfu aktar il-vantaġġi taż-żgħir fuq il-kbir.  Illum li jiswa mhux li tkun negozju kbir iżda li tkun negozju sod u tajjeb.
Danhuwa programm li jixhed kif aktar ma n-negozji żgħar jiġu flimkien u jitgħallmu minn għand xulxin, aktar ikunu qed jipproteġu n-negozji tagħhom għaliex ikunu qed jippreparaw aħjar għall-kompetizzjoni.
F’dinl-laqgha tagħna illum persważ li ser nisimgħu aktar esperjenzi u ser tingħata aktar informazzjoni dwar f’hiex ser ikun jikkonisti dan il-programm.  Din hija fuq kollox issa t-triq tagħna, li mill-limitazzjonijiet tagħna nfittxu li noħolqu u ntejjbu l-kapaċitajiet tagħna u hekk ngħinu lil xulxin nirnexxu.  Din l-esperjenza ta’ kordinazzjoni u kollaborazzjoni hija possibbli għaliex il-popli tagħna għażlu li jissieħbu f’dan il-proċess.
Għalhekkinħeġġeġ lill-imprendituri żgħar minn kull pajjiż li qed jieħdu sehem f’dan il-programm sabiex issa jaraw li jagħmlu suċċess minn din l-esperjenza li fiduċjuż li ma’ esperjenzi oħra simili kapaċi tagħmel differenza sabiex aktar negozji żgħar ikomplu jagħmlu suċċess u joħolqu impjiegi ġodda.
Awguriu prosit għal dawk kollha li ħadmu flimkien biex dan il-programm issa ser isir realtà
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  L-ERA tniedi pubblikazzjoni kommemorattiva: Għaxar snin ta’ ħidma favur il-ħarsien tal-ambjent naturali ta’ Malta

PR261935

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow