Oracle ser jiftħu Akkademja ta’ Taħriġ għall-Maltin f’ Malta
PR55
16/01/2003
| “Ġejna Malta għax ser issir membru fl-Unjoni | Ewropeja, u Pajjiżkom jistgħa jservi ta’ vettrina fis-settur tat-teknoloġija tal-Informatika” – Desi Lopez-Fafie (Managing Director - Oracle) |
| Oracle, ġgant multinazzjonali fil-qasam ta’ l-informatika, | li jħaddem il-fuq minn 42,000 impjegat minn madwar id-dinja, laħqet ftehim mal-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt, f’isem il-Gvern Malti, biex tinfetaħ Akkademja f’Malta sabiex tħarreġ minimu ta’ 150 student fis-sena. |
| Oracle, tispeċjaliżża f’applikazzjonijiet li | prattikament, fuqhom hija mibnija l-Internet. |
| Il-Ministru Gatt u s-Sur Lopez Fafie, indirizzaw | lill-ġurnalisti preżenti fi tmiem il-laqgħat li saru f’pajjiżna, u fissru il-pass tal-ftuħ ta’ din l-akkademja. |
| Il-Ministru Gatt spjega, li għal darb’oħra Malta | reġgħet kisbet ċertifikat ieħor għall-progress u l-kisbiet li pajjiżna għamel f’dan il-qasam. |
| Wara ċ-ċertifikat mill-Kumissjoni Ewropea permezz | ta’ l-eEurope+ report, Cisco u Microsoft, ġgant ieħor Oracle għażlu li jinvestu f’pajjiżna għax jemmnu fil-viżjoni tal-Gvern, fil-kapaċitajiet tal-ħaddiem Malti u anke għax pajjiżna ser isir membru tal-Unjoni Ewropea. |
| Dr. Austin Gatt fisser li l-akkademja ta’ Oracle | tikkumplimenta l-akkadmeja tac-Cisco li ġiet inawgurata uffiċjalment il-bieraħ mill-Prim Ministru Dr. Eddie Fenech Adami. |
| Dr. Austin Gatt irringrazzja lis-Sur John Ambrogio, - | Managing Director tal-kumpanija Megabyte, għall-entużjażmu li wrew u l-għajnuna li taw biex din l-inizjattiva ssir realta’. |
| Minn naħa tiegħu is-Sur Lopez Fafie fisser li | Oracle ġejjin Malta, għax jemmnu li huwa pajjiż li għandu ħafna x’joffri u jistgħa jservi ta’ vettrina għall-pajjiżi oħra fir-reġjun. Is-sur Lopez-Fafie tenna li jemmen li Malta tista’ tilħaq l-għan tagħha li ssir ċentru reġjonali ta’ eċċellenza fir-reġjun tal-Mediterran, u għalhekk għażlu li jissieħbu mal-Gvern Malti. Is-Sur Lopez-Fafie fisser li għal Oracle, it-twaqqif ta’ din l-akkademja f’Malta ser ikun ifisser investiment ta’ miljun dollaru amerikan. |
| L-akkademja ta’ Oracle ser tibda topera fil-bidu | tas-sena akkademika li ġejja. |
Other Press Releases:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931