Left arrow Go Back

REĠISTRU ELETTORALI RIVEDUT IPPUBBLIKAT FIL-GAZZETTA TAL-GVERN

PR545
Date Icon 05/05/2003
Il-KummissjoniElettorali tinforma lil kulħadd li għadu kemm ġie ppublikat r-Reġistru Elettorali rivedut għall-Elezzjoni Ġenerali u għall-Kunsilli Lokali fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April, 2003.  Kull min kellu l-kwalifiki meħtieġa biex ikun reġistrat bħala votant skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att XXI ta’ l-1991, u/jew skond l-Att XV ta’ l-1993, sad-data ta’ l-egħluq, il-31 ta’ Marzu, 2003 u ismu ma ġiex inkluż f’dan ir-reġistru u kull votant li ismu, l-indirizz jew xi partikolaritajiet tiegħu m’humiex murija b’mod korrett, għandu, skond l-artikolu  39 ta’ l-Att XXI ta’ l-1991, sa nhar it-Tlieta l-20 ta’ Mejju, 2003, sabiex jagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur biex ismu jiġi nkluż jew issirlu korrezzjoni fil-partikolaritajiet tiegħu fir-reġistru elettorali.
Kullvotant reġistrat li:-

1.    Jgħid li minħabba xi raġuni legali, l-isem ta’ xi persuna għandu jinqata’ barra mir-reġistru għax din m’għandhiex il-kwalifiki neċessarji; jew

2.    Jgħid li l-isem, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra relattivi ta’ xi persuna m’humiex murija b’mod korrett fir-reġistru;

jista’ukoll skond l-artikolu 40 ta’ l-Att XXI ta’ l-1991 kif amendat b’Att XV ta’ l-1996 jagħmel appell għal dan il-għan lill-Uffiċjal Reviżur sa nhar it-Tlieta, l-20 ta’ Mejju, 2003.
Kullpersuna li tixtieq tagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur tista’ tikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali.  Kulħadd huwa mfakkar dwar l-importanza li jivverifika li ismu ġie nkluż fir-Reġistru Elettorali.  Jekk dan ma jsirx jista’ jiġri li persuna ma tkunx intitolata għall-vot meta jsiru elezzjonijet, kemm ġenerali kif ukoll għall-Kunsilli Lokali, jew Referenda. Lista tal-persuni kollha reġistrati bħala votanti f’kull belt jew raħal ser tkun fl-Għases tal-Pulizija, fl-Uffiċċji tal-Kunsilli Lokali u fl-Uffiċċju Elettorali.
Ta’min jinnota li Uffiċjal Reviżur jista’ jordna li l-isem ta’ xi persuna jiġi nkluż, jew li ssir korrezzjoni ta’ isimha, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra tagħha fir-Reġistru jew li titħassar ir-reġistrazzjoni tagħha mir-reġistru minkejja li ma tkun saret ebda applikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni għal dak il-għan.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  L-ERA tniedi pubblikazzjoni kommemorattiva: Għaxar snin ta’ ħidma favur il-ħarsien tal-ambjent naturali ta’ Malta

PR261935

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow