Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru jinawgura ic-Cisco Networking Accademy f’pajjiżna

PR54
Date Icon 15/01/2003

Opportunitajiet ta’ xogħol għall-uliedna f’pajjiżna

Huwa mportanti li nkomplu fit-triq li qbadna, fejnminkejja li bdejna tard (1987), imxejna b’pass qawwi u llum Malta hija pajjiż minn ta’ quddiem fil-qasam tal-informatika. Dan qalu l-Prim Ministru ta’ Malta, Eddie Fenech Adami, meta kien qed jinawgura uffiċċjalment ic-Cisco Networking Accademy f’Malta.
Dr. Eddie Fenech Adami, esprima s-sodisfazzjontiegħu, għall-fatt li l-poplu llum huwa konxju tal-ħtieġa li jkun jaf il-computer. Il-Prim Ministru semma l-importanza li kulħadd jipprepara ruħu bis-serjeta’ għall-opportunitajiet li għandna f’dan il-qasam.
Dr. Fenech Adami spjega li kulħadd irid jifhem lipermezz tal-I.C.T., Malta ser ikollha l-opportunita’ li tkompli twessgħa l-firxa ta’ servizzi li diġa’ tipprovdi fil-qasam tas-servizzi.
Il-Prim Ministru tkellem ukoll b’ċertusodisfazzjon fuq kif il-ħaddiem Malti u l-industrija Maltija f’dan is-settur, impressjonat lill-kumpaniji multi nazzjonali u li issa jridu jinvestu f’pajjiżna. Huwa semma li l-fatt li kumpaniji bħal CISCO, Microsoft u Oracle, jgħażlu li jiġu Malta, u jinvestu u jħarrġu lill-ħaddiema Maltin huwa ċertifikat fil-ħila tal-Maltin, u għandu jnissel il-fiduċja fil-Maltin, biex ngħarfu nieħdu l-opportunitajiet li ser ikollna quddiemna.
Minn naħa tiegħu, il-Ministru tal-Gustizzja u GvernLokali, Dr. Austin Gatt qal li hija ħaġa ċerta li l-futur ta’ pajjiżna, huwa marbut intimament, ma’ l-iżvilupp tal-ħaddiema Maltin fil-Qasam tat-Teknoloġija ta’ l-Informatika. Dr. Gatt kompla li rnexxielna naslu hawn illum, għax il-Gvern kellu viżjoni li jagħmel l-investiment neċessarju f’dan il-qasam mill-1987 ‘il hawn.
Qed naħsdu il-frott ta’ dak li żrajna tul is-snin,fejn it-tmexxija tal-pajjiż kienet fdata f’idejn Gvern immexxi minn Dr. Fenech Adami. Dan il-fatt kien anke konfermat mill-Unjoni Ewropea, fejn is-sena li għaddiet fir-rapport eEurope+, Malta tpoġġiet fuq quddiem nett fost il-pajjiżi applikanti għal sħubija.
Il-Ministru Austin Gatt spjega li fl-1987 il-Gvernkellu sfida, dik li jimmodernizza lil Malta.
Bejn l-1987 u l-1992, il-Gvern kellu l-viżjoni, lijinvesti u jfassal l-istrutturi neċessarji biex illum, nistgħu ngħidu li dak li kien maħsub twettaq.
Illum qed nibbenefikaw minn dan, u ninsabuffaċċjati minn sfidi ġodda. Sfida minnhom hija li nkattru l-użu tal-Computer f’pajjiżna, u nressqu lil kull ċittadin Malti biex juża l-Computer.
Dr. Austin Gatt kompla li din l-isfida qegħdinnindrizzawha b’diversi inizjattivi, minn naħa tal-Kummissjoni eMalta, fosthom l-inizjattiva myWeb fejn flimkien mal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, minn nhar it-Tnejn fl-iskejjel tagħna, wara l-ħin tal-iskola, ser inħarrġu, 5,500 persuna fit-tagħlim bażiku.
Inizjattiva oħra li semma l-Ministru Gatt u li hijamarbuta mat-twettieq ta’ wegħda elettorali li saret fl-1998, fejn il-Gvern ser joffri lil kull ċittadin Malti, indirizz tal-email. Inizjattiva oħra hija marbuta mal-għoti tat-taħriġ għal European Computer Driving Licence (EDCL), lil kull min qiegħed fir-raba’ u ħames sena tas-sekondarja.
Dr. Gatt ħabbar propju din il-ġimgħa bdiet l-installazzjonital-Internet Centers f’kull lokalita’. B’hekk minn Frar, f’kull lokalita’ ser ikollna Internet Centre, fejn il-pubbliku jkun jista’ jaċċessja fl-internet.
Il-Ministru semma t-tieni sfida, li tikkonċerna linattiraw lejn pajjiżna, kumpaniji internazzjonali, biex flimkien magħna jagħmlu minn pajjiżna ċ-ċentru ta’ eċċellenza fir-reġjun tal-Mediterran fil-Qasam tal-ICT.
Il-Ministru Gatt ħabbar li llum mistenni li jiġukonklużi t-taħdidiet mal-kumpanija multinazzjonali Oracle, biex din ukoll tiftaħ akkademja f’pajjżna. Semma wkoll il-fatt li fi tmiem dan ix-xahar, mistennija jiġu konklużi t-taħdidiet u allura jigi ffirmat il-ftehim mal-iġgant multinazzjonali Microsoft, fil-kuntest mhux biss ta’ ftuħ ta’ akkademja, iżda wkoll il-bidu tal-investiment f’pajjiżna minn din il-kumpanija. Dan apparti l-akkademja li Cisco fetħu f’pajjiżna u li fil-fatt ġiet inawgurata llum.
Dr. Gatt fisser l-importanza wkoll tal-pass politikuta’ pajjizna, dak tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dr. Gatt fisser li l-opporunitajiet li jeżistu fl-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam huma kbar. Mhux biss, kompla l-Ministru Gatt, imma hemm ukoll l-opportunita’ li nibbenefikaw minn fondi li huma marbutin ma proġetti u inizjattivi f’dan il-qasam.
Dan kollu qed isir għax il-Gvern kellu viżjoni, ul-għaqal li jibbaża l-futur fuq il-ħiliet tal-Maltin, u l-kapaċita’ li nattiraw lejn pajjiżna kumpaniji kbar bħal Cisco
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow