Left arrow Mur Lura

ŻJARA TA’ L-ONOR. JESMOND MUGLIETT, MINISTRU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U L-KULTURA, FIL-KUMPLESS SPORTIV REĠJONALI TAL-KOTTONERA U L-MATTHEW MICALLEF ST. JOHN ATHLETICS STADIUM FIL-MARSA

PR537
Date Icon 02/05/2003
Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliettdalgħodu żar l-aħħar xogħlijiet li qed isiru fil-Kumpless Sportiv Reġjonali tal-Kottonera u l-Kumpless Sportiv tal-Marsa, bħala tħejjija għall-għaxar edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta’ l-Ewropa.
Ix-xogħol li issa kważi tlesta għal kolloxfil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera jikkonsisti fit-tqegħid ta' multi-purpose synthetic flooring. Wara li jitqieghed dan it-tapit sintetiku, ser jitqiegħed tapit ieħor temporanju li jintuża biss għal-logħob tal-volleyball u li jkun jista' jitneħħa biex ikunu pprattikat sport ieħor. B'hekk fi ftit jiem oħra l-atleti tat-tim Malti tal-volleyball ser ikunu jistgħu jibdew jittrenjaw fuq dan il-wiċċ ġdid biex jilħqu jidrawh qabel jilgħabu fuqu matul il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.
It-tapit sintetiku li qed jitpoġġa fil-Kumplesstal-Kottonera huwa ta' livell internazzjonali. Dan ser jagħmilha possibbli li l-Kumpless tal-Kottonera jkun jista' jilqa' fih anke kompetizzjonijiet internazzjonali tal-volleyball ta' livell għoli. Minbarra volleyball, dan il-multi-purpose synthetic flooring jista' jintuża ukoll biex ikunu prattikati bosta sports oħra bħal handball, ġinnastika, badminton, indoor football u sports ieħor ta' ġewwa.
Ix-xiri u t-tqegħid taż-żewġ twapet sintetiċiser jiġi jiswa' mal-Lm40,000.
Ix-xogħol prinċipali li qed isir fil-KumplessSportiv tal-Marsa jikkonsisti fit-tqegħid ta' wiċċ ġdid għall-athletics track tal-Matthew Micallef St. John Athletics Stadium.
Il-preparazzjoni għat-tqegħid tal-wiċċ ġdid bedamadwar erba' ġimgħat ilu bit-tindif tal-culverts, it-tindif tal-wiċċ eżistenti tat-track u xogħol ieħor. Kien hemm ukoll xi rqajja’ mit-track eżistenti li kellhom jissewwew mill-qiegħ. Issa beda t-tqegħid ta' saff ġdid ta' materjal apposta magħmul minn rubber granules.
Ladarba jitqiegħed il-wiċċ ġdid, jkun fadal bissli jsiru l-line markings tat-track.
It-track li qed titqiegħed hija approvatamill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Federazzjonijiet ta’ l-Atletika. Ladarba titlesta, tkun l-unika eight-lane track ta' livell internazzjonali f'Malta.

B'kollox ix-xogħol fuqha ser jiswa mad-Lm90,000.

Minbarra x-xogħol fuq it-track, qed isirukoll xogħol ieħor bħala preparazzjoni għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fosthom it-tisħiħ tal-faċilitajiet fl-athleticsstadium bħad-dressing rooms u t-toilets, kif ukoll xogħol fuq it-tisbiħ ta’ l-area ġenerali. Saret ukoll trim trail biex min ikun irid jippratika l-mixi fil-Kumpless tal-Marsa ma jkollux għalfejn juża t-track prinċipali biex b'hekk din isservi aktar. Qed jittella' wkoll stand temporanju li jista' jilqa' sa 1000 ruħ. Dan sabiex tiżdied il-kapaċita ta’ l-istadium li ser jintuża wkoll għaċ-ċerimonja tal-għeluq tal-logħob.
Il-Ministru Mugliett qal li x-xogħol ta' livellgħoli li sar f'dawn iż-żewġ kumplessi kif ukoll f' bosta postijiet oħra li ser jintużaw għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar huwa xhieda ta’ l-impenn tal-Gvern biex jipprovdi lill-pajjiż b'infrastruttura eċċellenti. Dan għandu jiżgura li l-Logħob tassew iservu ta' vetrina għall-isport Malti kif ukoll iħallu wirt ta' faċilitajiet li jibqgħu jintużaw għal bosta snin wara li jintemmu l-Logħob.
Jakkumpanjaw lill-Ministru Mugliett matul iż-żjaratiegħu, kien hemm iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, Michael Aquilina, uffiċċjali tal-Kunsill Olimpiku Malti u kuntratturi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  L-ERA tniedi pubblikazzjoni kommemorattiva: Għaxar snin ta’ ħidma favur il-ħarsien tal-ambjent naturali ta’ Malta

PR261935

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow