AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI - ELEZZJONIJIET KAŻWALI 2003
PR536
02/05/2003
| Il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċievi nominazzjonijiet ta’ | kandidati għall-elezzjonijiet każwali sabiex jimtlew il-postijiet li tbattlu mill-Onor. George Vella għat-Tielet Distrett; l-Onor. Louis Galea għall-Ħames Distrett; l-Onor. Alfred Sant għat-Tmien Distrett; l-Onor. Francis Zammit Dimech għad-Disa’ Distrett; l-Onor. Joe Borg għall-Għaxar Distrett; l-Onor. Evarist Bartolo għall-Għaxar Distrett; u l-Onor. Eddie Fenech Adami għall-Ħdax-il Distrett. |
| Dawk il-kandidati li kkontestaw l-Elezzjoni Ġenerali | tat-12 ta’ April, 2003, fl-imsemmija distretti elettorali, u li ma ġewx eletti bħala Membri tal-Kamra tad-Deputati iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom nhar is-Sibt 3, il-Ħadd 4, it-Tnejn 5, it-Tlieta 6 u l-Erbgħa 7 ta’ Mejju, 2003, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Iermu, l-Belt Valletta, bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar. Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Elettorali waqt il-ħinijiet ta’ l-uffiċċju. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261935en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261935