Left arrow Go Back

Diskors mill-Onor. Dr. Tonio Borg, Ministru tal-Gustizzja u l-Intern fil-ftuh ta’ Seminar dwar It-Trasposizzjoni tal-Ligi Ewropa fil-Ligi Maltija – Floriana – 28 t’April 2003

pr529
Date Icon 28/04/2003


Fl-ewwel lok, niehu din l-okazzjoni biex nilqa’ lis-Sur Philippe Mazuel mill-Ethos Challenge Conseil ta’ Parigi fi Franza, li gentilment accetta li jindirizza dan il-seminar li se jkun mifrux fuq tlett granet u li se jkollu bhala s-suggett tieghu "It-Traspozizzjoni tal-Ligi Ewropea fil-Ligi Maltija. Nixtieq ukoll nilqa’ lill-Avukat Dottor Anthony E. Borg Barthet LL.D., l-Avukat Generali, li ha din l-inizjattiva tal-lum biex, flimkien mal-Akkademja tat-Tahrig tal-Ministeru, jorganizza dan is-seminar u jara li jkollox imur tajjeb. Nixtieq ukoll nilqa’ lill-istaff legali fil-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern li qed jippartecipa f’dan is-seminar.

It-tahrig fil-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern mhux xi haga gdida. Bizzejjed nghid li l-Akkademja tal-Pulizija ilha mill-ahhar tat-tmeninijiet imwaqqfa fuq bazi amministrattiva u kien propriju s-sena li ghaddiet illi l-Parlament irrikonoxxa l-kontribut vitali li l-Akkademja tal-Pulizija qed taqdi fit-tahrig tal-membri tal-Korp tal-Pulizija. Fil-fatt, il-Parlament approva illi l-Akkademja tal-Pulizija titwaqqaf b’att tal-Parlament u issa giet regolata bl-Att ta’ l-2002 dwar il-Pulizija. Dan il-Ministeru kellu l-unur li jressaq dan l-Att ghall-approvazzjoni tal-Kamra tad-Deputati, liema Att ghadda wkoll mill-istadji kollha.

Fejn ghandha x’taqsam il-gustizzja fil-portafol ministerjali tieghi, il-predecessur tieghi fil-kariga kien waqqaf Akkademja ghat-Tahrig ta’ l-Impjegati tal-Qrati. Din giet imnedija mill-Onor. Ministru Dr. Austin Gatt LL.D., M.P., fit-30 ta’ April 2002. Madankollu, l-esperjenza wriet, allavolja f’perijodu qasir ta’ zmien, illi din l-Akkademja setghet u kellha tespandi l-hidma taghha biex taqdi l-bzonnijiet ta’ tahrig tal-membri tal-gudikatura permezz tal-partecipazzjoni taghha fil-Kumitat dwar l-iStudji Gudizzjarji u billi thejji korsijiet ghall-istaff legali fl-Ufficju tal-Avukat Generali u ghal dipartimenti ohra li gew assenjati lill-ministeru tieghi.

Fil-kaz ta’ tahrig ta’ natura legali, it-tahrig huwa ghodda indispensabbli biex jghin lill-amministrazzjoni tal-gurnata tkun aktar familjari mad-dmirijiet taghha, biex taggorna lilha nnifisha b’mod regolari mal-ligijiet u mar-regolamenti li jigu approvati minn zmien ghal zmien mill-Parlament u minn awtoritajiet ohra u biex, fl-ahhar mill-ahhar, tipprovdi servizz ahjar lill-konsumatur. F’dan ir-rigward, l-Akkademja ghat-Tahrig f’dawn l-ahhar tnax-il xahar organizzat korsijiet ta’ orjentazzjoni, ta’ induzzjoni u ta’ aggornament ghall-istaff tal-qrati. B’kollox saru 140 lectures minn letturi Maltin. Dan it-tahrig kien ivarja minn siegha sa gurnata shiha.

It-tahrig li sar bejn Mejju 2002 sa April 2003 kien wiehed varjat u anke l-partecipanti kienu jkopru kategoriji differenti ta’ ufficjali pubblici. Fejn jidhlu s-suggetti tal-lectures, il-korsijiet trattaw l-aspetti manigerjali, legali u prattici tad-dmirijiet tal-impjegati tal-qrati. Ir-rispons mill-istess impjegati kien wiehed pozittiv u l-istess impjegati qed jiehdu dawn il-korsijiet bis-serjeta’ kif jidher mill-partecipazzjoni taghhom fit-tahrig kif ukoll mid-diskussjonijiet li jkun kemm waqt il-lecture bejn l-istess letturi u l-partecipanti.

B’mod partikolari, l-Akkademja ghat-Tahrig organizzat bosta lectures mhux biss dwar il-ligijiet tal-procedura li huma fis-sehh imma anke dwar l-emendi recenti ghall-Kodici Kriminali li saru bl-Att Numru III ta’ l-2002. Hemm ukoll ippjanati korsijiet ohra dwar emendi li saru u li se jsiru ghall-Kodici ta’ Organizazzjoni u Procedura Civili permezz ta’ l-Att ta’ l-2002 dwar il-Proceduri fil-Qrati u fit-Tribunali kif ukoll dwar l-emendi ghall-Kodici Kriminali li se jigu fis-sehh fl-1 ta’ Ottubru 2003 permezz ta’ l-Avviz Legali 110 ta’ l-2003.

Il-Kumitat dwar l-iStudji Gudizzjarji

Il-Ministeru huwa konxju mir-rwol tieghu li jassisti l-membri tal-gudikatura biex jorganizzaw huma stess it-tahrig ghalihom. Dan l-ghan jista’ jintlahaq permezz tal-Kumitat dwar Studji Gudizzjarji li huma maghmul minn erba’ membri, tnejn minnhom mahtura mill-Prim Imhallef u li jirraprezentaw lill-gudikatura u zewg membri ohra mahtura mill-Ministru responsabbli ghall-gustizzja.

Jiena nfurmat illi dan il-Kumitat diga` organizza ghall-membri tal-gudikatura tletin lecture ta’ saghtejn-il-wiehed dwar il-Ligi Ewropeja sostantiva. Terga’, ix-xahar li ghadda sar seminar ghall-gudikatura dwar il-CaseManagement li hija ghodda importanti ghall-gudikatura fl-amministrazzjoni tal-kawzi. Bizzejjed jinghad li l-emendi tal-2002 ghall-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili ghandhom disposizzjonijiet godda li jitrattaw dwar il-CaseManagement u ghalhekk kienet decizjoni f’waqtha mill-Kumitat ghall-Istudji Gudizzjarji li jiddiskuti dan is-suggett gdid.

Zewg kelliema barranin mir-Royal Institute of Public Administration (RIPA) International tar-Renju Unit gew Malta ghal tal-apposta grazzi ghall-ghajnuna moghtija mill-British High Commission biex jmexxu kors ta’ jumejn ghall-gudikatura dwar il-Case Management. Dawn iz-zewg esperti ghamlu wkoll prezentazjoni ta’ nofs ta’ nhar dwar dan is-suggett ghall-assistenti gudizjarji, ghar-registraturi tal-qrati u ghad-deputati registraturi.

Il-Kumitat dwar Studji Gudizzjarji bl-ghajnuna tal-Kamra tal-Avukati organizza nhar il-Gimgha li ghaddiet seminar ta’ nofs ta’ nhar dwar l-l-Att ta’ l-2002 dwar il-Proceduri tal-Qrati u tat-Tribunali li jikkonsisti f’emendi li saru mill-Parlament ghall-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili. Uhud mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att diga’ gew fis-sehh.

Fil-futur qrib, il-Kumitat dwar Studji Gudizzjarji se jilqa’ f’Malta lis-Sinjurija tieghu l-Imhallef William Rose. L-Imhallef Rose huwa d-Direttur tal-Bord dwar Studji Gudizzjarji tal-Ingilterra u se jigi ghal tal-apposta hawn Malta biex jaghti pariri lill-Kumitat dwar kif ghandu jorganizza t-tahrig li se jinghata lill-gudikatura.

Il-Kumitat dwar Studji Gudizzjarji ghandu ppjanati korsijiet ta’ tahrig ghall-gudikatura dwar it-teknologija tal-informatika, il-ligi Ewropea u l-proceduri civili u kriminali.

Dan il-Ministeru offra wkoll is-servizzi tieghu lill-gudikatura sabiex, bl-ghajnuna tal-British High Commission, jirranga biex numru ta’ Imhallfin imorru ghal perijodu qasir iziru l-Qrati ta’ Gustizzja ta’ Londra biex jakwistaw gharfien dwar kif dawn il-qrati civili jahdmu u dwar l-implimentazzjoni tas-sistema tal-Master fl-Ingilterra.

Dwar il-kors tal-lum, l-Akkademja tat-Tahrig se tkun qed torganizza l-ewwel kors taghha ghall-istaff legali tal-Ufficju ta’ l-Avukat Generali, tal-Korp tal-Pulizija, tad-Divizjoni tal-Propjeta’ tal-Gvern u tal-Unit tat-Traduzzjonijiet. Malta kienet u se tibqa’ tkun involuta fit-trasposizzjoni tal-ligijiet tal-Unjoni Ewropea fil-ligi Maltija. Dan il-process huwa wiehed delikat, li jiehu hafna zmien biex isir u ta’ natura interdixxiplinarju peress ma jistax isir minn dipartiment wiehed imma jehtieg l-ghajnuna ta’ dipartimenti u agenzji ohra tal-gvern u ta’ setturi ohra interessati. Jien perswaz li dan is-seminar ta’ tlett ijiem se jhalli l-frott mixtieq u se jesponi lill-partecipanti ghal kuncetti godda li qed jemergu fl-Unjoni Ewropea bhalma huwa dak tal-istima tal-impatt regolatorju. B’hekk, il-partecipanti jhejju ruhhom ahjar dwar kif idahhlu l-ligijiet tal-Unjoni Ewropea fil-ligi Maltija.

Qabel ma nikkonkludi, nixtieq nirringrazzja lill-iStaff Development Organization fl-Ufficju tal-Prim Ministru ghall-pariri tajbin u ghall-assistenza li din l-Organizazzjoni tipprovdi lill-Akkademja ghat-Tahrig, lill-Akkademja tal-Pulizija li tipprovdi lecturing staff u klassijiet ghall-uzu tal-Akkademja ghat-Tahrig u lid-Direttorat dwar Politika Regjonali fl-Ufficju tal-Prim Ministru li kien ta’ ghajnuna kbira biex jigu identifikati letturi barranin. Fil-fatt, iz-zjara tas-Sur Philippe Mazuel sehhet wara il-kkuntatti li dan id-Direttorat ghamel mac-Centru ta’ l-iStudji Ewropej (CEES) fi Strasbourg, Franza, u grazzi ghall-ghajnuna diretta u finanzjarja moghtija mill-Ambaxxata Franciza f’Malta.

Fl-ahhar nett, nixtieq nirringrazzja lill-membri tal-Board tal-Akkademja ghat-Tahrig ghax-xoghol tajjeb li jikkordinaw, kif ukoll ghall-organizzajoni ta’ dan is-Seminar li qed ninawgura llum. Naghlaq din l-introduzzjoni qasira billi nawguralkom kull success fil-hidma taghkom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  L-ERA tniedi pubblikazzjoni kommemorattiva: Għaxar snin ta’ ħidma favur il-ħarsien tal-ambjent naturali ta’ Malta

PR261935

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow