Left arrow Mur Lura

Tinżamm laqgħa għolja tal-Microsoft f’Malta

pr527
Date Icon 28/04/2003

F’Malta saret laqgha ta’ l-ogħla 150 uffiċċjależekuttiv tal-Microsoft li joperaw f’50 pajjiż fl-Ewropa, fl-Afrika u fil-Lvant Nofsani. Din il-laqgħa li ssir kull sena saret Malta wara li Jean-Philippe Courtois, il-Kap Eżekuttiv tal-Microsoft għal dan ir-Reġjun, ħa d-deċiżjoni li jorganiżża din il-laqgħa f’pajjizna. Oriġinarjament din il-laqgħa kellha ssir f’Pittsburgh fl-Istati Uniti.

Il-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, l-Onor. Dr. Austin Gatt, spjega li d-deċiżjoni li ttieħdet minn Microsoft biex torganiżża din il-konferenza f’Malta tikkonferma l-interess ta’ din il-kumpanija f’Malta.

F’konferenza ta’ l-aħbarijiet ma’ Jean Philippe Courtois, Senior Vice President u Chief Executive Officer - Microsoft Europe, Middle East and Africa (EMEA), il-Ministru Gatt ta dettalji dwar l-istrateġija li ser jimbarka fuqha l-Gvern fil-qasam tal-politika elettronika fix-xhur u s-snin li ġejjin. Strateġija li hija bbażata fuq tliet aspetti ewlenin:

1. Soċjeta ta’ l-Informazzjoni aċċessibli għal kulħadd
2. Żieda fl-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni fil-Gvern
3. Malta issir iċ-ċentru reġjonali ta’ eċċellenza

Il-Ministru Gatt kompla li Malta, issa bħala pajjiż membru ta’ l-Unjoni Ewropeja, ser ikollha l-opportunita’ tuża fondi marbutin mar-riċerka u l-iżvilupp. Sadanittant tħabbar ukoll li Malta, flimkien mas-Slovenia u l-Estonja, ser tgħaddi mill-programm eEurope+ li fih kienu jieħdu sehem il-pajjiżi applikanti, għall-programm eEurope li jaħseb biex sa’ l-2010, l-Ewropa tkun l-aqwa reġjun fid-dinja fil-qasam tat-teknoloġija. Dan huwa rikonoxximent għall-inizjattivi varji li ħa l-Gvern biex titnaqqas il-qasma diġitali u joffri sfidi ġodda u impenn ikbar biex nilħqu l-mira ambizzjuża li pajjiżna jkun fuq quddiem.

Is-sur Courtois fisser is-sodisfazzjon tiegħu li l-ftehim li ntlaħaq bejn Microsoft u l-Gvern Malti huwa ftehim wiesgħa ħafna li jkopri għaxar oqsma, tmienja minnhom ġew implimentati filwaqt li t-tnejn li fadal, jiġifieri l-iżvilupp bil-Malti tas-Software tal-XP u l-aċċess għas-source code tal-Microsoft għandhom jitlestew sa’ Ġunju.

Il-Microsoft hija sodisfatta bil-mod kif qed jiġi mplimentat il-ftehim minn naħa tal-Gvern Malti. Is-sur Courteois faħħar il-ħolqien ta’ Ministeru responsabbli mill-qasam ta’ l-IT u tenna li bl-impenn konstanti minn naħa tal-Gvern, Malta tassew tista’ tkun ċentru ta’ eċċellenza fl-Ewropa. Huwa spjega li Microsoft temmen li dan jista’ jsir.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  L-ERA tniedi pubblikazzjoni kommemorattiva: Għaxar snin ta’ ħidma favur il-ħarsien tal-ambjent naturali ta’ Malta

PR261935

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow