MALTA TIFFIRMA L-PROTOKOLL ADDIZZJONALI GĦALL-FTEHIM DWAR L-APPLIKAZZJONI TAS-SALVAGWARDJI LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAT-TRATTAT FUQ IN-NON-PROLIFERAZZJONI TA' ARMI NUKLEARI
Dalgħodu (il-Ħamis, 24 ta' April 2003), Malta ngħaqdet ma' sebgħin pajjiż ieħor, fosthom l-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea, li iffirmaw il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar l-Applikazzjoni tas-Salvagwardji li għandhom x'jaqsmu mat-Trattat fuq in-Non-Proliferazzjoni ta' Armi Nukleari. Ic-cerimonja qasira ta' dan l-iffirmar saret fis-sede ta' l-Agenzija Internazzjonali dwar l-Energija Atomika (l-IAEA) fi Vjenna, bejn is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Malti, is-Sur Gaetan Naudi, u d-Direttur Generali ta' l-Agenzija, is-Sur Mohamed El Baradei.
F'diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat qabel l-iffirmar, ġew diskussi il-proġetti nazzjonali u reġjonali ta' l-Agenzija li Malta qed tieħu sehem fihom. Minn mindu Malta saret membru ta' l-IAEA f'Settembru 1997, l-Agenzija tat għajnuna teknika għall-Isptar Boffa għat-trattament tal-kancer, lid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji għal studji fuq il-kwalita' ta' l-Ikel, u lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għall-immaniggar tar-riżorsi ta' l-ilma.
Matul din is-sena u għad-dieħla, se jibbenefikaw minn aktar assistenza mingħand l-IAEA id-Dipartiment tar-Radjologija fl-Isptar San Luqa (dozimetrija ta' pazjenti), id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili (tfassil ta' pjani ta' emergenza f'kaz ta' xi incident nuklejari) u l-Laboratorju Nazzjonali Malti (twaqqif ta' fergha radju-analitika). Din l-għajnuna hija stmata li tlaħħaq mas-sitt mitt elf dollaru Amerikan.
Il-laqgħa mad-Direttur Generali ta' l-Agenzija Internazzjonali dwar l-Energija Atomika ittrattat ukoll l-irwol ta' Malta bħala centru ta' koordinament għat-tħaris tar-reġjun tal-Mediterran minn sustanzi radju-attivi. Malta diga' qed tieħu sehem f'numru ta' proġetti fejn bosta uffiċjali Maltin, li jinkludu tobba, radjologisti, uffiċjali xjentifiċi u diplomatiċi, qed jattendu korsijiet ta' taħriġ f'diversi oqsma tax-xogħol tagħhom.
L-Ambaxxatur Noel Buttigieg-Scicluna, li huwa r-Rapprezentant Permanenti Malti għal din l-Agenzija fi Vjenna, kien ukoll prezenti għal din l-okkażjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261935en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261935