Left arrow Mur Lura

Elezzjonijiet tal-Kunsilli ta' l-Iskejjel

PR52
Date Icon 15/01/2003
"Biex skola timxi ’l quddiem hu essenzjali lijkun hemm parteċipazzjoni attiva mill-ġenituri". Dan qalu l-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea meta indirizza laqgħa organizzata mill-Assoċjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel (AKS) għall-ġenituri bl-iskop li jifhmu dejjem aktar ir-rwol tagħhom fl-edukazzjoni ta' uliedhom. Il-Ministru qal li flimkien ma' l-għalliema u t-tfal infushom, il-ġenituri għandhom rwol importanti fil-qasam edukattiv. Hu qal li l-Kurrikulu Nazzjonali jagħmel emfasi fuq il-parteċipazzjoni tal-ġenituri fl-iskejjel, u biex din ma tibqax biss idea tajba fuq il-karta, il-ġenituri iridu jipparteċipaw bi ħġarhom fl-elezzjonijiet u l-għalliema jridu jagħtu aktar spazju lill-ġenituri.
Matul il-laqgħa bit-tema "L-Edukazzjoni Uliednau Int - Jitkellmu il-Ġenituri" il-ġenituri tkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom fl-edukazzjoni ta' uliedhom. Ingħataw diversi eżempji ta' prattika tajba li qed isseħħ mill-ġenituri fl-iskejjel ta' l-istat. Ħareġ ċar li fejn il-ġenituri huma rrispettati u milqugħa l-iskejjel imxew ’il quddiem filwaqt li fejn l-ġenituri sabu resistenza inħolqu konflitti bla bżonn.
Il-ġenituri tkellmu wkoll dwar l-importanza li humajaħdmu id f'id ma` l-iskola u li jifhmu li l-għalliema huma professjonisti fil-qasam edukattiv u b'hekk għandhom jingħaw kull kooperazzjoni mill-ġenituri.
Il-laqgħa saret bi preparazzjonigħall-elezzjonijiet li se jsiru fl-iskejjel kollha ta' l-Istat fl-24 ta' Jannar 2003. Il-ġenituri kollha li huma interessati jifformaw parti mill-kunsill ta' l-iskola huma mħeġġa japplikaw sa nhar il-Ġimgħa 17 ta' Jannar 2003.
Kull kunsill hu iffurmat minn tmien membri: tlettġenituri, tlett għalliema, il-kap ta' l-iskola u l-president li jiġi maħtur mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni. Kull fejn ikun hemm aktar kandidati milli hemm postijiet issir elezzjoni fejn il-ġenituri huma msejħa jivvutaw. Il-Ministru Louis Galea ħeġġeġ lill-ġenituri kollha jieħdu sehem fl-elezzjonijiet li ġejjin jew billi joħorġu għall-elezzjoni kif ukoll billi imorru jivvotaw f'jum l-elezzjoni b'hekk biss inkunu qed niżguraw li l-iskejjel tagħna jikunu parteċipattivi u demokratiċi.
Il-Ministru qal li l-demokrazija u l-awtonomija ta'l-iskejjel ta' l-istat filwaqt li huma ideat relattivament ġodda ġew ippruvati għal dawn l-aħħar snin u wrew li meta l-iskejjel imexxu lilhom infushom bl-għajnuna u l-involviment tal-ġenituri l-ambjent edukattiv soċjali u fiżiku jitjieb.
Il-Ministru semma ukoll id-diversi nizjattivi liittieħdu f'dawn l-aħħar snin biex jagħtu appoġġ lill-iskejjel. Il-Ministru semma fost oħrajn iż-żieda fin-numru ta' Complementary Teachers, l-investiment fit-taħriġ ta' l-għalliema, ir-riforma fl-iskejjel tas-snajja`, is-servizzi ta' protezzjoni għat-tfal u ta' dixxiplina, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada - organizzazzjoni li qed twettaq programm aċċellerat ta' bini u mmodernizzar ta' l-iskejjel ta' l-Istat, kif ukoll il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi li qed twettaq programmi ta' wara l-ħin ta' l-iskola bl-għajnuna tal-ġenituri biex it-tfal jiksbu s-suċċess meħtieġ fl-edukazzjoni tagħhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

Aktar Stqarrijiet Right arrow