Left arrow Mur Lura

DISKORS MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL-INTERN U L-AMBJENT, L-ONOR. GEORGE PULLICINO FL-OKKAZZJONI TAL-HATRA TA’ UFFICJALI AMBJENTALI GODDA MAL-M.E.P.A.

PR51
Date Icon 15/01/2003
Okkazzjoni bhal din hija wahda ta’ ferh ghal kulhadd. Ghal Gvern lijien nirraprezenta, il-hatra ta’ ufficjali u spetturi ghal harsien tal-ambjent godda hija prova ohra tad-determinazzjoni tal-Gvern li jsahhah l-istrutturi fl-Awtorita’ biex b’hekk jintlahqu l-miri li tpoggew fil-qafas legislattiv dwar harsien ambjentali.
Ghall-Awtorita’ Maltija ghall-Ambjent u l-Ippjanardawn il-hatriet mhumiex biss numru izda ghandhom ifissru wkoll aktar rizorsi umani li jridu jkunu mharsa u zviluppati. Ghalikom li qed tinhatru, l-okkazzjoni tal-lum ghandha tfisser il-bidu ta’ karriera gdida u eccitanti, li minkejja d-diffikultajiet taghha, ghandha twassal biex bl-isforzi taghkom nghinu biex pajjizna jsir post ahjar li fih nghixu. Matul din is-sena hu mistenni li jinhatru madwar ghoxrin ufficjal iehor li ghandhom ukoll jaghtu sehemhom fil-harsien tal-ambjent Malti.
Bhalma kulhadd jaf, Malta addottat l-Acquisambjentali tal-Unjoni Ewropea u qeghditu fil-qafas tal-legislazzjoni lokali. Dan kien pass kbir kuragguz li ghandu jwassal biex l-istandards tal-kwalita’ ambjentali f’Malta jkunu l-istess bhalma hemm f’pajjizi Ewropej ohra. Mhux se noqghod nidhol fid-dettal dwar l-implikazzjonijiet kollha tal-adozzjoni tal-Acquis, madanakollu bil-process tas-shubija fl-Unjoni Ewropea Malta accettat li jkollha standards aktar stretti ta’ kwalita’ ambjentali u dan ghal gid tal-poplu kollu u tal-wirt naturali.
Id-dmirijiet mehtiega mill-ufficjali u l-ispetturital-Awtorita’ huma varji izda determinanti fir-rwol regolatorju li jinkludi hrug ta’ permessi, kontrolli ta’ konformita’, infurzar u suggerimenti dwar il-process ta’ hrug ta’ permessi. Intom mistennija tghinu u tizviluppaw programmi jew azzjonijiet li ghandhom x’jaqsmu mal-funzjonijiet principali bhalma huma l-kwalita’ tal-arja, il-kwalita’ tal-ilma, il-harsien tan-natura, u skart fost affarjiet ohra.
L-ufficjali ghandhom jghinu fit-twaqqif u l-implimentazzjonita’ pjanijiet ta’ azzjoni, programmi ta’ tharis kif ukoll il-formolazzjoni u vvettjar ta’ licenzji u permessi fost dmirijiet ohra. L-ufficjali u l-ispetturi ambjentali ghandhom rwol principali fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-ligijiet ambjentali u essenzjali biex ikun zgurat livell gholi ta’ protezzjoni ambjentali. L-isforzi taghkom ghandhom ikunu l-ahhar zewg holoq fil-katina regolatorja, li ghandha tkun il-process li permezz tieghu il-legislazzjoni tkun dizinjata, mibdija, miktuba, adottata, implimentata u nfurzata sakemm l-efficjenza taghha tkun imkejla.
Nixtieq nitkellem ftit ukoll fuq il-kwistjoni ta’infurzar. Naqbel ma’ dak li kien intqal mid-Direttur tal-Harsien Ambjentali li jkun aktar xieraq f’xi kazi li tintuza sistema ta’ dixxiplina volontarja aktar milli sistema ta’ kontroll u kmand. Wiehed ghandu jzomm f’mohhu li operaturi industrijali ghandhom jassumu d-dmirijiet taghhom skond il-ligi f’pass li jistghu jlahhqu mieghu. Ghalkemm wiehed mid-dmirijiet ewlenin taghkom ghandu jkun li tiddiskutu u tfehmu dawn l-operaturi jew entitajiet li jkunu konformi mal-ligi, dan ghandu jsir minghajr ma tirrikorru ghall-infurzar mill-ewwel.
Huwa ghalhekk importanti hafna li l-ufficjali jkunukapaci wkoll jikkomunikaw tajjeb mal-pubbliku. B’sodisfazzjon ninnota li parti mit-tahrig taghkom kien jikkonsisti wkoll f’ezercizzji ta’ komunikazzjoni.
Nixtieq naghlaq billi nawguralkom fil-karriera gdidali ghaziltu u nfakkarkom li l-istat tal-Ambjent f’Malta se jkun jiddependi minnkom ukoll.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

Aktar Stqarrijiet Right arrow