Left arrow Go Back

IL-ĠRAJJIET NAZZJONALI LI GĦADHOM KIF SEĦĦEW FUQ L-INTERNET

pr509
Date Icon 17/04/2003

Il-ġrajjiet nazzjonali li seħħew f’Malta matul il-ġimgħa li għaddiet, qegħdin jiġu mxandra fuq il-website tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni www.doi.gov.mt

Fost dawn hemm ir-rizultati finali tal-counts kollha ta’ kull distrett elettorali ta’ l-Elezzjoni Ġenerali, inklużi l-ismijiet u r-ritratti tal-kandidati kollha eletti, flimkien ma’ sommarju tal-voti miġjuba fl-ewwel għadd minn kull partit f’kull distrett, kif ukoll il-persentaġġi totali ta’ voti miġjuba mill-partiti.

Permezz ta’ sensiela ta’ ritratti, filmati u recordings bl-awdjo, wieħed jista’ jara u jisma’ l-kummenti li l-Prim Ministru ta lill-istampa fic-Ċentru ta’ l-Għadd tal-Voti f’Ta’ Qali l-Ħadd li għadda, il-Ġurament tal-ħatra ta’ Prim Ministru minn Dr Eddie Fenech Adami, flimkien mal-wasla tiegħu fil-Berġa ta’ Kastilja nhar it-Tnejn 14 ta’ April, ix-xandira tal-Prim Ministru lill-Poplu Malti, u ċ-ċerimonja kollha tal-ħatra tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari. Qed tiġi ppubblikata ukoll lista dettaljata tal-portfolios il-ġodda tal-Ministri.

Wieħed jista’ jara wkoll filmati tad-diskors li għamel il-Prim Ministru f’Ateni flimkien ma’ l-iffirmar tat-Trattat ta’ Sħubija fl-Unjoni Ewropea mill-Prim Ministru u l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, segwit mid-diskors tal-Prim Ministru waqt Konferenza Stampa konġunta mogħtija mill-Presidenza ta’ l-Unjoni Ewropea flimkien mal-Kapijiet tal-Gvern ta’ l-għaxar pajjiżi l-ġodda fl-Unjoni Ewropea.

Fl-istess sit hemm ukoll it-test tad-diskors (Malti u Ingliż) tal-Prim Ministru f’Ateni u t-test ta’ messaġġi ta’ ferħ mibgħuta minn Kapijiet ta’ Gvern lill-Prim Ministru fl-okkażjoni tar-rebħa elettorali tiegħu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  L-ERA tniedi pubblikazzjoni kommemorattiva: Għaxar snin ta’ ħidma favur il-ħarsien tal-ambjent naturali ta’ Malta

PR261935

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow