Left arrow Go Back

PREŻENTAZZJONI TRADIZZJONALI MILL-MCCF LIL TFAL MINN ISTITUZZJONIJIET FILANTROPICI

pr500
Date Icon 15/04/2003

L-E.T. il-President ta' Malta u s-Sinjura de Marco, f'isem il-Malta Community Chest Fund, illum ippreżentaw aktar minn 1,000 bajda tal-Għid lil tfal minn diversi istituzzjonijiet filantropiċi. 

Din il-preżentazzjoni li issa saret tradizzjoni sinonima mal-kalendarju ta' attivitajiet tal-Malta Community Chest Fund saret fil-Palazz, Valletta u b' kollox 20 istituzzjoni, f'isem it-tfal li jgħixu fl-istituti rispettivi, u tfal li huma fil-preżent pazjenti fl-Isptar San Luqa, irċevew bejniethom aktar minn 1,000 bajda tal-Għid. 

L-istituzzjonijiet filantropiċi huma hekk kif ġej:

  1. Angela House, Guardamangia
  2. Creche tal-Ursolini, Sliema
  3. Istitut ta' Fra Diego, Ħamrun
  4. Creche tal-Orsolini, Valletta
  5. Dar Santa Rita, Tarxien
  6. Dar Sagra Familja, Żabbar
  7. Istitut San Ġużepp, Żabbar
  8. Dar Ġesu ta' Nazareth, Żejtun
  9. Dar Santa Tereża, Żurrieq
  10. Istitut San Ġużepp, Ħamrun
  11. Dar San Ġużepp, Żejtun
  12. Dar St. Francis de Paule, Birkirkara
  13. Istitut Saint Patricks, Sliema
  14. Dar Merħba Bik
  15. Childrens Homes
  16. Dar tal-Providenza, Siġġiewi
  17. Istitut Vinċenzo Bugeja
  18. Dar Mother Theresa, Cospicua
  19. Eden Foundation
  20. Cini Institute

Għall-preżentazzjonijiet, il-materjal tal-pakkeġġ tal-bajd tal-Għid kien ipprovdut b' xejn mill-kumpanija World Wide Co. Ltd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  L-ERA tniedi pubblikazzjoni kommemorattiva: Għaxar snin ta’ ħidma favur il-ħarsien tal-ambjent naturali ta’ Malta

PR261935

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow