Left arrow Go Back

ISTQARRIJA KONGUNTA MILL-MINISTRU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI JOSEF BONNICI U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO: IL-VIZJONI TAL-GVERN GHAS-SELF-EMPLOYED U N-NEGOZJI Z-ZGHAR

pr493
Date Icon 27/03/2003

Dawn li jsegwu huma punti mill-konferenza stampa: mill-Ministru Josef Bonnici u mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, bi twegiba ghall-konferenza stampa, fuq l-istess suggett, mill-kelliema ta’ l-Oppozizzjoni.

Mhux vera li l-ekonomija stagnat, anzi bil-kontra. Din allegazzjoni li l-kelliema Laburisti qed ikomplu jaghmlu meta l-fatti juru mod iehor. Wiehed jista’ jikkwota bosta cifri li jindikaw bic-car kif l-ekonomija mxiet ’il quddiem f’dawn l-ahhar erba’ snin u nofs. Dan minkejja d-diffikultajiet li ghaddiet minnhom l-ekonomija internazzjonali minhabba l-avvenimenti tragici tal-11 ta’ Settembru 2001. Xi whud minn dawn ic-cifri huma mehmuza ma din l-istqarrija ghall-istampa.

Mhux vera li n-numru ta’ self-employed naqas taht Gvern Nazzjonalista, filwaqt li kien naqas fit-22 il-xahar ta’ Gvern Laburista. Ic-cifri li qed jikkwota l-Partit Laburista ma jiehdux inkonsiderazzjoni il-kwazi 800 impressed driver mal-Gvern u mal-Korpi Parastatali li bejn l-1996 u 1998 kienu ghadhom jidhru bhala self-empoyed filwaqt li issa, hekk kif kien wieghed Gvern Nazzjonalista, dawn inghataw impieg indefinit. Ghalhekk fil-verita`, filwaqt li n-numru ta’ dawk li jahdmu ghar-rashom naqas b’ 463 bejn 1996 u l-1998, dan zdied b’ 453 bejn l-1998 u l-2002.

Mhux veru li Gvern Nazzjonalista ittraskura l-qasam tan-negozji iz-zghar. Anzi bil-kontra, il-hidma f’dan il-qasam kienet wahda kbira tassew.

Qatt ma ttiehdu inizjattivi ta’ ghajnuna ghas self-employed daqs kemm ittiehdu f’dawn l-ahhar erba` snin minn Gvern Nazzjonalista li kien elett wara sentejn ta’ Gvern ta’ Alfred Sant.

Bil-hidma tal-Gvern Nazzjonalista li kien elett wara sentejn tal-Gvern immexxi minn Dr.Alfred Sant twettqet hidma konkreta li ghenet biex tonqos il-burokrazija u jinholqu opportunitajiet godda ta’ xoghol fil-qasam tas-Self-employed u tan-negozji iz-zghar. Dan Gvern li beda ibiddel mentalita’, inaqqas il-burokrazija u jiehu hsieb li jaghti importanza liz-zoni fejn jahdmu s-self employed.

Il-process lejn shubija fl-Unjoni Ewropea wassal biex pajjizna jirratifika wkoll ic-Charter Ewropew u dan zgur mhux xi "bicca karta" kif qal Dr. Alred Sant izda kuntratt ta’ impenn ta’ hidma li jorbot il-Gvern kollu u ghal din is-sena. Ic-Charter Ewropew qed jintuza bhala direzzjoni fit-tfassil tal-Programm ta’ Hidma ta’ dan il-Ministeru. Kif jidher miz-zewg programmi ta’ hidma li gew ippubblikati, dan il-Gvern ghandu 80 inizjattiva ta’ hidma biex verament inkunu qed nirrispondu bil-fatti f’hiex tikkonsisti l-hidma tal-Gvern li jkun imsieheb fl-Unjoni Ewropea. Dan kollu juri li l-Gvern li jemmen fi shubija fl-Unjoni Ewropea jemmen ukoll li permezz tas-shubija jista’ jahdem ferm aktar biex ikun effettiv u produttiv fil-hidma tieghu biex itejjeb is-servizz li jaghti lis-self-employed.

Mhux veru li bi shubija ta’ pajjizna fl-Unjoni Ewropea, is-self-employed barrani ikun jista` jigi Malta jew Ghawdex biex jiftah negozju qiesu mhu xejn, daqs li kieku f’pajjizna kollox jghaddi u hawn kullhadd jista’ jaghmel li jrid. F’pajjizna ghandna sistema ta’ processar ta’ applikazzjoni ghall-licenzja tan-negozju u kull min irid jiftah negozju jrid japplika u joqghod ghall-kriterji tal-hrug tal-licenzja. Illum Dr. Alfred Sant ammetta li kemm il-darba jkun huwa fil-Gvern xorta wahda jista’ jkollna self-employed li jkunu jistghu jigu jifthu n-negozju f’pajjizna biss, kif qal, ikollhom joqghodu ghall-kundizzjonijiet ta’ pajjizna. Hekk precisament ser jigri meta pajjizna jkun membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Kull min irid jiftah negozju jkollu joqghod ghall-process ta’ applikazzjoni tal-licenzja. Barra min hekk licenzja tista’ tinhareg u tista’ ma tinharigx. U dan jigi detterminat minn Malta.

Dwar il-hrug tal-licenzji tan-negozju, li xi hadd "idum jistenna sentejn" (kif allega il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni) huwa diskors ta’ l-imghoddi. Din is-sena biss hargu mas-700 licenzja tan-negozji godda filwaqt li ma’ applikazzjonijiet ohra, it-Trade Licensing Unit hareg ma’ l-1000 licenzja tan-negozju. Illum bidla fil-licenzja tan-negozju tista’ ssir immedjatament kemm-il-darba il-bidla tal-generu tal-kummerc ma jkunx jitlob li ssir applikazzjoni mill-gdid ghand il-Malta Environment and Planning Authority. Din il-procedura l-gdida Dr.Alfred Sant donnu ma jafx dwarha u lanqas jafu x’qed jigri f’dan il-qasam. Baqa’ x’intejjbu izda sar hafna biex illum wiehed jara d-differenza.

Ghalhekk mhux veru li l-process ta’ applikazzjoni ghall-licenzja tan-negozju qed iwaqqa’ lura lil min irid jiftah negozju. Bil-kuntrarju l-process gie ssimplifikat u d-domanda ghall-licenzja tan-negozju llum zdiedet tant li d-Dipartiment irid jaghmel sforz biex ilahhaq mad-domanda. Il-hidma ta’ liberalizazzjoni tal-kummerc wasslet ukoll biex zdiedu n-negozji u dawn wassal ukoll biex jizdied il-bejgh u l-konsum. Infatti mill-ahhar statistika, l-importazzjoni ta’ oggetti ghall-konsum zdiedet bi 18-il miljun lira.

Dwar l-Artigjanat, ghand il-Malta Environment and Planning Authority diga’ hemm l-applikazzjoni ghal-zvilupp komprensiv tal-Villagg ta’ Ta Qali u l-Gvern hallas mal-LM130,000 D.P.F.

Dwar il-ligi tal-VAT kif rajna f’kull budget, il-Ministru tal-Finanzi dejjem niedha skemi ta’ simplifikazzjoni li qed jghinu biex din il-ligi tkun semplici u effettiva. Fl-ebda waqt ma kien hemm pizijiet ta’ taxxi godda fuq self-employed f’dawn l-ahhar erba’ snin. Bil-kuntrarju, kien hemm zieda ta’ taxxi meta Dr. Alfred Sant ghamel is-Sisa li wkoll kellha marbuta maghha l-pizijiet tal-multi li ghogob isemmi wiehed mill-kelliema tal-Laburista fil-konferenza stampa.

Bit-twaqqif tad-Divizjoni ghall-Kummerc li tinkludi l-iSmall Business Unit, kemm l-applikant ghall-licenzja tan-negozju kif ukoll is-self-employed jistghu jitkellmu ma’ l-ufficjali tal-Unit li ghandhom id-dmir li jiehdu l-kummenti taghhom kemm dwar diffikultajiet li jkunu qedin jiffacjaw is-self-employed f’xogholhom kif ukoll dwar rapporti ta’ inefficjenza. Ghandna strutturi godda li hloqnihom biex jghinu lis-Self-employed jahdmu ahjar u b’inqas diffikultajiet.

Dan il-Gvern qed jiehu hsieb li jara li verament ikollna ekonomija li toffri opportunitajiet ghat-tkattir tal-gid minn self-employed u mprizi zghar. Hafna mill-progetti li nghataw ghajnuna mill-Malta Development Corporation kienu wkoll inizjattivi ta’ imprizi zghar.

Fil-Konferenza Stampa l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni meta tkellem dwar is-self-employed zgur li ma setax inessi li kien ta l-impressjoni li ser inehhi il-cash register u anke kellu jammetti li l- VAT ser tibqa’. Huwa hu wkoll li qed iweghed li ser jifriza il-pagi tal- haddiema u dan zgur li mhux ser iwassal ghal izjed flus fl-idejn. Gvern Nazzjonalista hadem u zamm kuntatt kontinwu ma dan is-settur. Jonqos izjed x’irid isir. Ghandu l-provi li kapaci jasal ghaliex ghandu direzzjoni, ,ghandu record ta’xoghol ,u ghandna l-provi li hdimna. Dr. Alfred Sant ghandu prova wahda li fi zmienu kien hawn suq xott, bl-inqas sentejn li fihom hargu licenzji tan-negozji, u bl-izjed incertezza ekonomika u politika li kissret ghal kollox is-suq u gabet fix-xejn il-konsum.

Alfred Sant jitkellem dwar Partnership izda dan la ghandu partnership mas-self-employed u lanqas mar-realta’. F’dan il-pajjiz hawn Gvern li holoq ix-xoghol, gab ic-certezza u minnu zgur li qed igawdi is-self employed.

Taht Gvern Nazzjonalista ingħatat id-direzzjoni meħtieġa u struttura adegwata lill-Istitut għan-Negozji ż-Żgħar (IPSE) fil-qadi taż-żewġ funzjonijiet assenjati lil din l-entità; jiġifieri assistenza għar-ristrutturar ta’ dawk il-kumpaniji involuti fit-tneħħijja tal-levies u għajnuna ta’ natura iktar ġenerali lill-kumpaniji ż-żgħar. Permezz ta’ din l-istruttura, l-IPSE setgħet tħabbar, hekk kif għamlet, diversi programmi bħala għajnuna lill-intrapriżi lokali, anki wara li niddiet numru ta’ studji dwar oqsma specifici. Nholoq ukoll ċentru ta’ għajnuna għall-intrapriżi ġodda, magħruf bħala Business Incubation Centre, sabiex jiffacilita il-holqien ta’ inizjattivi innovattivi, specjalment minn ghand intraprendituri godda.

Ittieħdu ukoll miżuri sabiex tissaħħah il-ħidma ntiża sabiex tgħin lis-settur industrijali f’Malta permezz ta’ koordinazjoni aħjar ta’ l-attivita tal-MDC, METCO u IPSE. Biex dan il-ghan jintlahaq b’mod anki iktar konkret, il-Gvern bħalissa qiegħed fi proċess biex iwaqqaf il-Malta Enterprise, agenzija gdida, li fiha ser ikunu integrati il-funzjonijiet ta’ l-METCO, l-IPSE, u l-MDC bil-għan li tiżdied il-ħidma ghal-promozzjoni ta’ l-industrija u għat-tkattir ta’ l-ekonomija Maltija. Dan il-process ghandu jwassal sabiex dawn il-funzjoniiet jinqdew b’mod iktar effettiv, ghall-vantagg ta’ l-industrija u tas-settur kummercjali f’Malta. Dan ghandu jwassal ghal vantaggi konkreti anki ghall-intraprizi z-zghar li, fil-prezent, ta’ spiss jispiccaw ikollhom ihabtu fuq iktar minn bieb wiehed. Il-holqien tal-Malta Enterprise ser iwassal biex verament jigi mhaddem fil-prattika il-kuncett ta’ one stop shop.

Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern biss joffri garanzija ta’ tkattir ekonomiku dan billi jiggarantixxi li Malta tkun tista’ tikber fl-Ewropa. Jekk hemm xi haga li jidher li l-Partit Nazzjonalista u dak Laburista qed jaqblu dwarha huwa il-mod kif il-gid futur tan-negozji z-zghar ser jiddependi principalment fuq kif ser ikun l-andament tal-ekonomija Maltija, fit-totalita` wiesgha taghha. In-negozji z-zghar jistghanaw biss fejn ghandhekk ekonomija li qed tikber

U fuq dan il-punt ghandna kor unanimu (hlief ghal-vuci ta’ l-Oppozizzjoni li tistona) fejn:

(a) L-ekonomisti kollha, inkluz il-Professur Bayar fir-rapport tieghu li issa anki l-Oppozizzjoni qed tikkwota.

(b) Kif ukoll il-credit rating agencies internazzjonali.

(c) Kif ukoll il-Korpi Kostitwiti kollha, inkluz il-GRTU.

Dawn qed jaqblu li l-ahjar, anzi l-unika, triq li tiggarantixxi zvilupp sostenut u tkabbir iktar mghaggel ghall-ekonomija taghna hija biss permezz ta’ shubija fl-Unjoni Ewropea.

Din hi propju it-triq li qed jipproponi il-Partit Nazzjonalista u ghalhekk il-programm elettorali nghata l-isem Biex Malta Tikber fl-Ewropa, triq li tifthielna opportunitajiet godda u triq li pajjizna ser jaqbad taht it-tmexxijja tal- Partit Nazzjonalista.

Il- Partit Nazzjonalista joffri l-unika garanzija ghas-Self-employed u ghan-negozji iz-zghar. Iktar u iktar meta l-Partit Nazzjonalista ghandu track-record impekkabli ghat-tkattir tal-gid f’pajjizna. Dan b’kuntrast mal-Malta Labour Party li dejjem wassal, bil-politika zbaljata tieghu, ghall-incertezza, stagnar u qtieh il-qalb ghal kull min jahdem fin-negozju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow