Left arrow Mur Lura

Diskors tas-Segretarju Parlamentari FIL-MINISTERU TA’ L-INTERN U L-AMBJENT, George Pullicino, waqt l-għoti ta’ letters of intent lil PERSUNI li se jibbenefikaw mill-iskema ta’ restawr tal-galleriji

pr490
Date Icon 10/04/2003

Illum hija l-ħames darba li l-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qegħda toħroġ ‘letters on intent’ lil sidien u inkwilini ta’ djar b’galleriji ta’ l-injam biex tgħinhom jagħmlu t-tiswijiet meħtieġa.

B’kollox illum il-MEPA qegħda toffri Lm17,000 lil 46 applikant mill-Birgu, l-Isla, Bormla u l-Kalkara. B’hekk mill-1996 ‘il hawn, il-MEPA se tkun għenet madwar 200 persuna mill-Kottonera, Kalkara, il-Belt u Floriana, biex isewwu jew jibdlu l-galleriji ta’ l-injam. Is-somma totali li s’issa ġiet allokata għal dan il-għan tlaħħaq kważi l-Lm100,000.

Il-MEPA qiegħda tagħmel dan għax konxja ta’ żewġ affarijiet:

  • Il-ħtieġa li nipproteġu l-karatteristiċi tradizzjonali li jagħtu tant karattru lill-ibliet u l-irħula tagħna u, fl-istess ħin,
  • Li fejn nisgħu, għandna ngħinu lill-pubbliku ilaħħaq ma’ l-ispejjeż involuti fil-ħarsien tal-wirt mibni tagħna.

Inħoss li dawn il-flus li qegħdin nagħtu huma investiment fil-ħarsien tal-wirt storiku tagħna lkoll. Għalhekk nixtieq nirringrazzja lil dawk li applikaw taħt din l-iskema għall-kontribut li huma wkoll qegħdin jagħtu biex flimkien nipproteġu l-ambjent mibni tagħna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow