Left arrow Go Back

Stqarrija konġunta mill-Ministeru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali u l-Malta Union of Teachers (MUT)

pr481
Date Icon 09/04/2003

Il-kumpanija Microsoft aċċettat it-talba tal-Ministeru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali għan-nom tal-Gvern Malti, sabiex l-offerta li saret lill-istudenti għas-software tal-Microsoft Windows XP Professional, Microsoft Office XP Professional u l-Microsoft Visual Studio.net, bi prezz issussidjat, tiġi estiża għall-għalliema kollha fl-iskejjel primarji u sekondarji, kemm dawk privati u dawk statali.

Permezz ta’ din l-inizjattiva, madwar 7,000 għalliema Maltin u Għawdxin ser ikunu jistgħu jibbenefikaw minn skont ta’ l-fuq minn 600 lira meta jixtru dan is-software. Wara l-konkorrenza kbira għal dan is-software minn naħa ta’ l-istudenti, il-Malta Union of Teachers, talbet biex l-għalliema wkoll jibbenefikaw minn din l-offerta.

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali minn naħa tiegħu nnegozja mal-Microsoft sabiex din l-offerta tiġi estiża lill-għalliema kollha Maltin. Il-Microsoft minn naħa tagħhom aċċettaw din it-talba, u qablu li jżidu l-investiment tagħhom f’Malta. Fil-fatt dan il-ftehim ifisser investiment ta’ madwar Lm 4,200,000.

Il-Ministru Gatt, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din il-kisba oħra li saret b’riżq is-settur edukattiv. Dr. Gatt tenna li wieħed mill-aspetti l-iktar importanti tal-ħidma tal-Ministeru tiegħu kienet li jsaħħaħ l-edukazzjoni f’kull livell fil-qasam tal-ICT.

Wieħed ta’ min isemmi l-investiment kbir li sar fl-iskejjel. L-istudenti kollha Maltin u Għawdxin għandhom aċċess għall-użu ta’ l-Internet, l-użu tal-eMail u l-iktar software riċenti. "Ħdimna wkoll biex l-istudenti kollha għandhom l-opportunita’ biex itemmu l-iskola sekondarja biċ-ċertifikat tal-ECDL. Ħdimna wkoll biex fil-livell terzjarju, l-istudenti jistgħu jiksbu 30 ċertifikazzjoni professjonali fi tliet teknoloġiji."

Filwaqt li l-Kunsill tal-Malta Union of Teachers irringrazzja lill-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali għall-intervent tiegħu, biex anke l-għalliema Maltin jibbenefikaw minn din l-inizjattiva, faħħar il-ħidma u l-inizjattivi li saru mill-Gvern u mill-Kummissjoni eMalta, biex jinxtered l-użu u t-tagħlim tal-ICT fil-livelli kollha tas-soċjeta’.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow