Stqarrija Konġunta mill-Ministeru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’ Diżabilita’ (KNPD)
Il-Ministeru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali laħaq ftehim mal-Microsoft li għandu jwassal biex it-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni jsiru iktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilita’.
Wara negozjati li saru f’dawn l-aħħar jiem, intlaħaq ftehim biex kull persuna b’diżabilita reġistrata mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita, tingħata b’xejn il-Microsoft Windows XP Professional, l-Microsoft Office XP Professional u l-Microsoft Visual Studio.
Apparti minn hekk, il-ftehim jipprovdi wkoll li l-persuni bi ħtiġijiet speċjali jingħataw verżjoni tas-software li hu partikolari u li tiffaċilita l-użu tagħha.
Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali, Austin Gatt spjega li l-mira tal-Gvern m’hijiex biss li pajjiżna jkollu soċjeta u ekonomija ta’ l-informatika ta’ l-ogħla livell, imma “Irridu li ħadd ma jibqa’ lura. Kien għallhekk, li ħassejna l-ħtieġa li nitkellmu mal-Microsoft biex nilħqu ftehim partikolari li minnhu ser jibbenefikaw 10,000 persuna. Dan jfisser investiment ta’ madwar Lm6,000,000 minn naħa tal-MICROSOFT."
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’, esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għal din il-kisba. Il-Kummissjoni tifhem li din l-inizjattiva għandha twassal biex anke l-persuni b’diżabilita jkunu jistgħu jisfruttaw l-opportunitajiet li joffri dan il-qasam.
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ uriet l-apprezzament tagħha għal ħidma li saret mill-Kummissjoni eMalta, kif ukoll mill-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, biex f’pajjiżna jkollna soċjeta’ u ekonomija ta’ l-informazzjoni ta’ l-ogħla livell u li tkun ta’ natura inklussiva.
Il-proċess ta’ reġistrazzjoni ser jitmexxa minn naħa tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ u l-FITA.
Stqarrijiet Oħra:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934