Quality Service Charter fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa poġġiet is-servizzi tas-Saħħa ta’ Malta fil-ħames post fost 191 pajjiż. Dan għandu jimliena bil-kuraġġ fix-xogħol tagħna għax ifisser li qegħdin fit-triq it-tajba. Minkejja dan, il-Ministeru tas-Saħħa dejjem jibqa jistinka biex jgħolli l-livell ta’ kura f’kull qasam.
Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa l-Onor. Dr. Louis Deguara, meta kien qiegħed jiġi preżentat bi Quality Service Charter fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija u fl-istess waqt jinawgura Outpatients ġdid f’dan id-Dipartiment.
Sal-lum il-Ministeru tas-Saħħa nieda diversi Service Charters f’għad ta’ sezzjonijiet fil-qasam tas-Saħħa. Dawn iċ-Charters iservu ta’ strument ta’ komunikazzjoni bejn minn jipprovdi u min jirċievi s-servizz. Hu obbligu ta’ min jipprovdi s-servizz li jinforma lill-klijent bis-servizzi offruti, l-obbligi tiegħu u x’għandu jistenna bi dritt il-klijent.
Il-Quality Service Charter tad-Dipartiment tad-Dermatoloġija qiegħed jaħbat mal-ftuħ ta’ l-Outpatient ġdid f’dan id-Dipartiment. Permezz taċ-Charter il-klijent se jsib informazzjoni estensiva fuq dan id-Dipartiment biex minn qabel ma jiġi f’kuntatt mad-Dipartiment, il-klijent ikollu informazzjoni dettaljata dwar is-servizzi u d-drittijiet tiegħu waqt li jirċievi s-servizz. Il-ktejjeb għandu ukoll iservi ta’ gwida għal min jipprovdi s-servizz biex jagħmel ħiltu sabiex jilħaq dawk il-miri li d-Dipartiment qiegħed jintrabat bihom.
Il-Gvern jemmen li dawn iċ-Charters jagħtu vuċi lill-klijent u bla dubju jservu biex tikber il-kunfidenza u l-istima bejn min jirċievi u jipprovdi s-servizz. Dan jinkwadra ferm fl-isforzi tal-Gvern fl-aħħar snin, biex jgħolli l-livell tas-servizz ċivili. Dan l-isforz qiegħed illum jagħti riżultati tajba ferm anki wkoll minħabba l-investiment u l-introduzzjoni ta’ teknoloġija li ressqet il-klijent viċin ferm tas-Servizz Ċivili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934