Left arrow Go Back

Għajnuna wkoll għas-sajjieda Għawdxin

PR47
Date Icon 14/01/2003

Bis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, l-industrija tas-sajd f’pajjiżna se tkun intitolata għal għajnuna finanzjarja taħt il-Financial Instruments Fisheries Guidance (FIFG), filwaqt li se jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ esportazzjoni għas-sajjieda Maltin, peress li titneħħa għal kollox il-levy eżistenti fuq ħut esportat lejn l-Unjoni Ewropea.

Dan qalu l-Ministru għall-Agrikultura u s-Sajd, l-Onor. Ninu Zammit meta, flimkien mal-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, ippreżenta ċekkijiet ta’ flus lil sajjieda Għawdxin, bħala parti minn pakkett ta’ għajnuna finanzjarja ta’ Lm2.5 miljun, intiż biex jgħin lis-sajjieda f’pajjiżna jtejbu l-operat tagħhom, kemm fid-dawl taż-żona ta’ konservazzjoni li Malta rnexxielha tinnegozja ma’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll fid-dawl ta’ regolamenti ġodda li se jsiru dwar id-dgħajjes tas-sajd, biex tiżdied is-sigurtà fuq dawn il-bastimenti.

F’Għawdex hemm reġistrati madwar 81 bastiment lijintużaw għal sajd fuq bażi full-time u 65 oħra li jintużaw għal sajd fuq bażi part-time.
Il-Ministru Zammit qal li l-għajnuna li tingħatamill-fond magħruf bħala Strument Finanzjarju għal Gwida fis-Sajd, tista’ tinkiseb biss wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea, u tkun tista’ tintuża fost l-oħrajn biex tkun modernizzata l-flotta tas-sajd u biex ikun hemm titjib fil-faċilitajiet għas-sajjieda.
Dwar il-pixkerija f’Malta, il-Ministru Zammit qalli bħalissa qed ikunu analizzati l-offerti li ntefgħu għax-xogħlijiet li se jsiru biex il-pixkerija tkun modernizzata u attrezzata aħjar.
Hu irrifera wkoll għall-problemi li sajjiedaGħawdxin, b’mod partikolari, qed ikollhom ma’ sajjieda Tuneżini waqt is-sajd għal-lampuki, u qal li din il-kwistjoni baqgħet tkun segwita fl-ogħla livelli, tant li fil-ġimgħat li ġejjin, hu ippjanat li jsir workshop f’Tuneż, bil-parteċipazzjoni ta’ uffiċjali mill-Ministeri tas-Sajd miż-żewġ pajjiżi, nies tekniċi tad-dipartimenti rispettivi, rappreżentanti mill-kooperattivi tas-sajd u rappreżentanza speċifika mid-distrett tax-Xlendi.
Il-Ministru Zammit żied li l-awtoritajiet tas-sajdTuneżini wrew interess kbir fil-problema u jixtiequ ħafna li t-taħditiet li se jsiru, jwasslu biex is-sajjieda miż-żewġ pajjiżi jkunu jistgħu jaħdmu f’armonija akbar.
Hu semma wkoll li għal darb’oħra, iż-żewġkooperattivi tas-sajd ħarġu s-sejħa u ddeċidew flimkien l-offerta għall-esportazzjoni tat-tonn fl-istaġun li ġej u wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li l-prezzijiet huma aħjar minn tas-sena li għaddiet.
Min-naħa tagħha, il-Ministru Giovanna Debonotkellmet dwar is-sehem tal-Gvern biex tkun newtralizzata l-ispiża addizjonali li s-sajjieda jkollhom biex jittrasportaw il-prodotti lejn Malta. Hi qalet li din l-għajnuna finanzjarja li s-sajjieda jirċievu regolarment, hi parti mill-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex favur dan is-settur. Għajnuna oħra indispensabbli tinkludi d-diversi xogħlijiet konnessi ma’ slipways, winches u faċilitajiet oħra tas-sajd f’diversi nħawi ta’ Għawdex.
Sadattant, il-Ministru għall-Agrikultura u s-Sajdqassam ukoll ċertifikati lil numru ta’ bejjiegħa tal-ħut Għawdxin li attendew kors dwar il-prattika tajba ta’ l-iġjene tul il-proċess tal-bejgħ tal-ħut.
Il-Ministru Zammit fakkar fl-impenn tal-Gvern lijkompli jsaħħaħ il-proċess tal-bejgħ tal-ħut biex ikun żgurat li l-prodott jasal għand il-konsumatur fl-aħjar kundizzjoni possibbli.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow