Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA’ L-INTERN U L-AMBJENT

pr468
Date Icon 07/04/2003

Il-Gvern prezenti għamel riforma f’dik li kienet l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar, illum maghrufa bhala l-Awtorita` dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, biex ċertu żvilupp issa m’għandhux bżonn li ssir applikazzjoni għalih u għalhekk ix-xogħol jista’ jibda jsir minnufih. Minn din il-policy iggwadanjaw il-familji li riedu jagħmlu xi tibdil fid-dar u l-intrapriżi u n-negozji żgħar. Dan fisser li għal diversi żviluppi żgħar issa lanqas isir ħlas għalihom.

Intlaħaq l-iktar livell baxx ta’ applikazzjonijiet li qed jistennew deċiżjoni minn meta twaqqfet l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar 11-il sena ilu. Dan seħħ wara li fl-aħħar sena l-effiċjenza żdiedet ukoll b’għoxrin fil-mija. Infetaħ beraħ l-aċċess liberu tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar applikazzjonijiet tal-bini, wara li l-Partit Laburista fil-Gvern ċaħħad dan id-dritt liċ-ċittadini, dan meta l-Partit Laburista kien jiftaħar bis-slogan: "Iċ-Ċittadin l-Ewwel".

Ġew identifkati 17-il medda ta' art, inkluż f'Għawdex biex fihom ikunu jistgħu jiżviluppaw l-industriji ż-żgħar. Dan sar wara proċess ta' konsultazzjoni pubblika u wara li l-meded ta' art ġew eżaminati għall-impatt fuq l-ambjent.

L-Onor. Dr. Alfred Sant irid is-serjeta` fil-qasam ta’ l-ambjent. Fejn kien meta taħt il-Gvern tiegħu, il-Ministru responsabbli mill-Public Works ma kienx iħalli makkinarju tad-Dipartiment jintuża mill-Awtorita` ta’ l-Ippjanar, biex jitwaqqa’ bini illegali ?

Taħt il-Gvern prezenti, seħħ l-ikbar programm ta’ twaqqiegħ ta’ bini llegali li qatt ra dan il-pajjiż. Tneħħew eluf ta’ tunnellati ta’ terrapien mitfugħ illegalment fil-kampanja u f’perjodu ta’ sentejn tneħħew 24 scrapyard.

L-Onor. Alfred Sant jieħu gost isemmi ċittadini ta’ l-ewwel klassi u ċittadini tat-tieni klassi. Infakkru lil Alfred Sant li kien ħabbar li se jibda jilqa’ dettalji dwar proġetti u idejat ta’ żvilupp biex jibda jikkonsidrahom u jaqbeż il-proċess ta’ l-ippjanar.

Għal darb’oħra, Dr. Alfred Sant qed ikun mistieden biex f’ġieħ it-trasparenza li jiftaħar biha u li ma jipprattikahiex, iwieġeb għall-mistoqsijiet li ġejjin:

  • Se jagħmel pubbliċi s-sottomissjonijiet li rċieva s’issa?
  • Se jsemmi min hemm wara dawn il-proposti ?
  • Se jsemmi x’tip ta’ żvilupp qed ikun propost ?
  • Se jsemmi fejn se jkunu dawn il-proposti ta’ żvilupp ?

Jidher li għal Kap ta’ l-Oppozizzjoni, hemm iċ-ċittadini ta’ l-ewwel klassi, dawk li jkollhom applikazzjonijiet li jiġu sottomessi lil Dr. Alfred Sant u ċ-ċittadini tat-tieni klassi, dawk li ma jibagħtulux applikazzjonijiet.

Sakemm l-Onor. Dr. Alfred Sant ma jweġibx għal dawn il-mistoqsijiet, wieħed jasal għall-konklużjoni li Dr. Alfred Sant għandu f’moħħu li jreġġa’ l-arloġġ lura għaż-żmien meta kien il-Ministru u dawk ta’ madwaru li jiddeċiedu xi żvilupp isir. Alfred Sant stess kien qal li jrid li l-MEPA tinqasam f’erba’ dipartimenti taħt Ministru. Meta f’pajjiżna kellna dan l-indħil tal-Ministru, kellna l-ikbar sfreġju fl-ambjent ta’ pajjiżna.

Permezz ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern permezz ta’ għajnuna ta’ Lm81 miljun, ikkommetta ruħu li jtejjeb mhux biss l-ambjent iżda l-kwalita’ tal-ħajja tal-poplu kollu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow