Left arrow Mur Lura

Inawgurata l-Akkademja tal-Microsoft: Vizjoni biex nagħmlu minn Malta l-aqwa pajjiż fil-qasam tal-Informatika

pr460
Date Icon 04/04/2003

Illum ġiet inawgurata l-Microsoft IT Academy, fil-preżenza ta’ George Lakkotripis, Business Development Manager tal-Microsoft. L-inawgurazzjoni ta’ din l-Akkademja huwa parti mill-ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern Malti u l-Microsoft.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, l-Onor. Austin Gatt tkellem dwar viżjoni ċara tal-passi li rridu nagħmlu u d-direzzjoni li trid tieħu Malta fis-snin li ġejjin. “Malta trid tkun il-pajjiż l-aktar avvanzat fil-qasam tat-teknoloġijia (IT Tiger) fir-reġjun tal-Mediterran.”

Dan jintlaħaq billi nipprovdu riżorsi umani li huma mħarrġa biżżejjed fl-iktar teknoloġiji avvanzati, nassiguraw li għandna l-politika t-tajba, ninkoraġixxu lis-settur privat biex jinvesti u blli nagħtu lil dan is-settur l-opportunita’ li jinvesti fi swieq ġodda. Dan jistgħa jsir biss jekk Malta issir membru ta’ l-Unjoni Ewropeja.

Il-Ministu Gatt fisser, li l-għan aħħari wara din il-viżjoni huwa li nipprovdu xogħol f’Malta għal Maltin, u opportuntajiet rejali ta’ profitt għall-kumpaniji Maltin, u dawk internazzjonali li jagħzlu jinvestu f’pajjiżna.

Il-Ministru Gatt sostna li l-inizjattivi li ttieħdu f’dawn is-sentejn, f’dan il-qasam ipprovdew is-sisien biex din il-viżjoni titwettaq. Fuq livell akkademiku, dawk li jtemmu l-edukazzjoni sekondarja qed jiksbu ċ-ċertifikat tal-ECDL. Minn hemm, l-istudenti jistgħu jew jispeċjaliżżaw akkademikament fl-Universita’, jew inkella, anke mingħajr O levels, jmorru fl-Istitut tat-Teknoloġija fl-MCAST u fi żmien tliet snin jispiċċaw b’ċertifikazzjoni ta’ l-ogħla livell internazzjonali, f’oqsma speċjaliżżati.

"Jekk ma’ dan iżżid il-kunċett li qed niżviluppaw f’pajjiżna li permezz tiegħu noħolqu Akkademji speċjaliżżati u ta’ l-ogħla livell, f’dak li huwa żvillupp ta’ software –MICROSOFT®, f’dak li huwa żvillupp ta’ databases – Oracle®, u f’dak li jirrigwarda networking – CISCO SYSTEMS®; pajjiżna qed jipprepara biex f’pajjiżna jkollna riżorsi umani ta’ l-ogħla kwalita’ preparati għall-opportunitajiet tax-xogħol li ser ikollna f’dan il-pajjiż.” kompla Dr. Gatt.

Il-Ministru Austin Gatt fisser li fl-Ewropa, s-suq tas-Software Development kien iġġenera 54 biljun dollaru Euros. Għaxra fil-mija ta’ dan mar l-Irlanda. Fatt li jikkonferma li f’dan is-settur, id-daqs tal-pajjiż mhux kollox. “Jekk ma din ir-realta’ wieħed iżid il-fatt li għal sena u nofs b’mod esklussiv, fl-Ewropa u r-reġjun tal-Mediterran, kumpaniji bażati f’Malta ser jkollhom aċċess għas-source codes biex jiżviluppaw software mibnija fuq dawn is-source codes, liema software ser tiġi marketed mill-Microsoft stess, allura tassew ikollna ngħidu li quddiemna għandna opportunita’ kbira biex il-viżjoni tagħna titwettaq."

Din l-opportunita’ tissaħħaħ biss bi sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea tkun tfisser it-tneħħija ta’ barrieri u ostakli. Dan jkun ifisser aċċess dirett lejn suq kbir li jiswa 54 biljun Euro. Dan minbarra l-fatt li Malta hija l-iktar pajjiż li għandu pożizzjoni vantaġġjuża biex jisfrutta l-ikbar suq li s’issa għadu ma ġiex esplojtjat – dak Afrikan.

Il-pedamenti tlestew. Qegħdin ninkoraġixxu l-iżvillupp tal-kummerċ elettroniku. Qegħdin ninkoraġixxu kumpaniji ġodda biex joperaw f’dan il-qasam. Il-Gvern qed jiffaċilita t-triq, imma jrid ikun is-settur privat li jisfrutta dawn l-inizjattivi.

Il-Ministru Gatt esprima it-tħassib tiegħu li din il-viżjoni hija esklussiva għall-Gvern prerzenti. L-Oppożizzjoni għandha baħħ kbir f’dan il-qasam tant li fil-programm elettorali Laburista lanqas hemm referenza waħda għal qasam tal-IT.

Il-Ministru Gatt temm id-diskors tiegħu billi qal li huwa jemmen b’mod ċert li dan is-settur għandu l-potenzjali li jiġġenera l-ekonomija daqs jekk mhux iktar mit-turiżmu. Huwa importanti li kullħadd jifhem li dan is-settur jistgħa jiżviluppa, joħloq l-impjiegi u jgħolli l-pagi tal-ħaddiema Maltin minħabba li l-Malti għandu l-ħiliet u l-kapaċitajiet kollha neċessarji biex jilqgħa l-isfidi u jdawwarhom f’opportunitajiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow