Titjib taċ-Ċentru ta' l-Eżamijiet f'Sant Iermu
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni permezz tad-Dipartiment ta' l-Eżamijiet qed iwettaq diversi xogħlijiet biex jittejbu l-faċilitajiet eżistenti li fihom isiru l-eżamijiet tas-SEC, MATSEC, EDEXEL, eżamijiet pubbliċi, LCCI u oħrajn.
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis Galea żar ix-xogħlijiet li saru fiċ-Ċentru ta' l-Eżamijiet f'Sant Iermu. Dan il-bini hu wieħed storiku, skedat u mibni mill-Kavallieri ta' San Ġwann, li għalkemm joffri spazji addattati ħafna għall-eżamijiet, għandu diversi limitazzjonijiet meta jiġi biex jsiru x-xogħlijiet.
F'dan iċ-ċentru tlestiet l-ewwel fażi ta' xogħlijiet li kienu jinkludu:
- Restawr tal-faċċata taċ-Ċentru
- Restawr tas-saqaf u t-travi ta' l-ewwel sala magħrufa bħala Hall A
- Restawr tal-ħitan ta' ġewwa ta' Hall A
- Sistema ġdida ta' l-elettriku
- Art ġdida
- Faċilitajiet sanitarji ġodda
- Restawr tal-partitions f' Hall A
- Restawr ta' l-imwejjed u s-siġġijiet
Ix-xogħlijiet kienu jinkludu wkoll xogħol biex iż-żewġ swali l-kbar ikunu mhemuża permezz ta' passaġġ ta' l-injam, li parti minnhu ġiet mgħottija biex l-aċċess ikun jista jintuża anke meta jkun hemm ix-xita.
Parti importanti ta' dan ix-xoghol kienet l-aċċessibilita'. Peress li dan hu bini antik u skedat, bi problemi ta' aċċessibilita', sar xoghol biex filwaqt li tissolva l-problema ta' l-aċċessibilita' għall-kandidati ta' l-eżamijiet, tissolva wkoll problema ta' aċċessibilita' fl-iskola primarja Sant Iermu tal-belt, li tinsab maġenb iċ-ċentru. Għalhekk kien stallat lift f'parti mill-iskola u ttieħed sular sħiħ biex jintuża wkoll għall-eżamijiet. B'hekk filwaqt li żdiedet il-kapaċita' taċ-ċentru b'madwar 220 post, issa hemm sezzjoni li hi wkoll aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita'. F'dan l-annexe saru wkoll xogħlijiet estensivi biex ikun adegwat għall-eżamijiet.
| Issa x-xogħlijiet huma lesti biex jilqgħu l-istudenti | għas-sessjonijiet ta' l-eżamijiet li jmiss. Meta dawn ikunu lesti, jitkompla x-xogħol fuq il-fażi li jmiss. |
| Il-Ministru Louis Galea qal li hu mportanti li min | ikun qed jagħmel l-eżamijiet iħossu komdu u mingħajr ma jkun imtellef biex ikun jista’ jikkonċentra u jagħmel l-aħjar li jista waqt l-eżami. Hu għalhekk li l-Gvern qed jinvesti sostanzjalment fir-restawr u l-immodernizzar ta’ dawn iċ-ċentri. Il-Ministru qal li dawn iċ-ċentri huma essenzjali biex inkunu nistgħu nagħmlu l-eżamijiet kollha għal pajjiżna b'mod organizzat, għal eluf ta' studenti u fi żmien qasir. Il-Ministru tenna li kull sena jsiru eżamijiet għal eluf ta' kandidati u numru sostanzjali minnhom isiru f'dan iċ-ċentru. |
| Il-Ministru temm jgħid li d-dipartiment ta' l-eżamijiet | qed ikompli jżid is-servizzi tiegħu u illum mhux talli m'għadekx tara l-kjuwijiet fid-dipartiment biex japplikaw għall-eżamijiet Iżda jistgħu japplikaw għall-eżamijiet mill-kumdita ta' darhom stess u jħallsu għalihom ukoll. It-titjib li qed isir fiċ-Ċentri ta' l-eżamijiet ikompli jsaħħaħ u jtejjeb dan is-servizz. |
Other Press Releases:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934