Left arrow Mur Lura

FTUĦ TAL-COMENIUS ROOM FL-ISKOLA PRIMARJA TA’ SANTA BERNARDETTE, SAN GWANN

pr456
Date Icon 04/04/2003

Il-Ministru Joe Borg dalgħodu fetaħ il-Comenius Room fl-Iskola Primarja ta’ Santa Bernadette, San Ġwann. Dan il-proġett ġie mfassal taħt il-programm Comenius tal-Unjoni Ewropea fejn studenti u għalliema jipparteċipaw bi sħab ma’ skejjel ġewwa pajjiżi membri u kandidati ta’ l-Unjoni Ewropea.

Din is-sena t-tema tal-proġett kienet fuq il-wirt kulturali u l-iskola primarja Santa Bernadette ta’ San Ġwann fasslet il-proġett tagħha flimkien ma’ skejjel fi Franza, Spanja, l-Irlanda u r-Rumanija.

Il-Ministru saħaq fuq l-impatt tajjeb w utli li program bħal dan iħalli fuq l-għalliema u l-istudenti ta’ din l-iskola. Ix-xogħol li sar fuq it-tema ta’ Wirt Kulturali huwa dimostrazzjoni tal-koperazzjoni li tista’ ssir bl-għan ta’ riċerka kif ukoll ta’ konservazzjoni.

Il-Ministru Joe Borg qal li l-konservazzjoni tal-wirt kulturali tagħna hija essenzjali u l-fatt li permezz tal-proġett Comenius, it-tfal tagħna qegħdin jitgħallmu dawn l-affarijiet, għandu jkun ta’ sodisfazzjon kbir għalina. Il-Ministru qal ukoll li bla dubju ma jistax ma jkunx ħlief pożittiv illi permezz ta’ dawn l-inizjattivi nistgħu nxerrdu informazzjoni dwar pajjiżna ma’ nies oħrajn filwaqt li nsiru nafu aktar fuq pajjiżhom.

Permezz ta’ dawn il-proġetti l-istudenti u l-għalliema tagħna jkollhom l-opportunita’ jaqsmu l-esperjenzi ma’ studenti u għalliema minn pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan kien eżempju ħaj ta’ xi tfisser l-Unjoni Ewropea, li hija għaqda ta’ pajjiżi li għandhom ħafna affarijiet li huma simili iżda wkoll li jibqgħu jgħożżu dak li huwa partikolari għalihom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow