Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAR-RIZORSI U L-INFRASTRUTTURA - Pjani serji għas-sistema tad-drenaġġ f’pajjiżna

pr455
Date Icon 04/04/2003

B’riferenza għall-istqarrija maħruġa mill-Uffiċju Informazzjoni tal-Partit Laburista, dwar soluzzjoni għall-problema tad-drenaġġ fix-Xagħjra, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura jixtieq ifakkar li kieku ma kienx għall-ħidma li wettqu gvernijiet immexxija mill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar 15-il sena, biex tissaħħaħ is-sistema tad-drenaġġ, kieku l-bajjiet ewlenin ta’ pajjiżna għadhom m’humiex tajba biex jgħumu n-nies fihom, minħabba l-isbroffi kontinwi li kienu jirrizultaw qabel l-1987.

Gvernijiet Nazzjonalisti, permezz tal-masterplan tad-drenaġġ, wettqu modernizzazzjoni ġenerali tas-sistema tad-drenaġġ fil-pajjiż kollu.

Il-pass li jmiss hu li jinbnew tliet impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ biex id-drenaġġ kollu jissaffa qabel jintefa’ fil-baħar. Dan il-proġett jiswa Lm50 miljun, li parti sostanzjali minnhom se jiġu minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea, darba pajjizna jissieħeb fl-UE.

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura josserva li:

  1. Il-Gvern preżenti ftiehem ma’ l-Unjoni Ewropea li l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ fin-Nofsinhar ta’ Malta jitlesta fis-snin li ġejjin skond kif ippjanat.
  2. Is-sena l-oħra tlestew id-disinji biex isiru diversi xogħlijiet għat-titjib ta’ l-infrastruttura tad-drenaġġ li jinfirxu mill-Marsa sal-Kalkara. Is-sejħa għall-offerti għal dawn ix-xogħlijiet mistennija toħroġ is-sena d-dieħla. Dan il-proġett se jkun finanzjat mill-fondi strutturali ta’ l-Unjoni Ewropea. L-infrastruttura fin-Nofsinhar ta’ Malta tikkonsisti f’estensjoni tal-pumping station tal-Marsa, it-tqegħid ta’ madwar 4.1 kilometri ta’ mains ġodda u kostruzzjoni ta’ 4.7 kilometri ta’ mini ġodda. Dan il-proġett hu maħsub li jelimina l-isbroffi tad-drenaġġ fl-inħawi tal-bajja tal-Kalkara. B’dan il-proġett, l-impjant ta’ Sant’Antnin ikun f’qagħda li jżid il-produzzjoni ta’ l-ilma għat-tisqija b’madwar 90 fil-mija.
  3. Huwa veru li saru diversi laqgħat u diskussjonijiet dwar il-proġett ta’ tisbiħ tax-xatt tax-Xagħjra bil-għan li jkunu żviluppati l-pjanti neċessarji. Id-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija tat-Taqsima tax-Xogħlijiet issottometta applikazzjoni lill-MEPA biex jinħarġu l-permessi neċessarji.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow