Left arrow Go Back

LM11-IL MILJUN FI PROĠETTI TA’ TISBIĦ

pr451
Date Icon 03/04/2003

Minn meta fl-1996 twettaq l-ewwel proġett ta’ tisbiħ f’Marsaskala, b’investiment ta’ Lm2 miljun, saru proġetti simili f’Marsaxlokk, Birżebbuġa, Buġibba, Gżira, tas-Sliema u san Ġiljan b’investiment ta’ Lm11-il miljun. 

Dan qalu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Francis Zammit Dimech għamel meta ġie inawgurat il-proġett ta’ tisbiħ tal-promenade ta’ San Ġiljan

Il-proġetti ta’ tisbiħ huma parti mill-pjani tal-Gvern li jtejjeb l-ambjent madwarna li mistenni jingħata spinta ’l quddiem bis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. 

Dan il-proġett tat-tisbiħ tal-promernade ta’ San Ġiljan ikompli ma’ dak tat-tisbiħ ta’ tas-Sliema biex illum għandna promenade ta’ l-ogħla livell twil żewġ kilometri u nofs.   

·     Francis Zammit Dimech qal li minħabba li partijiet minn dan il-promenade kellhom jinbnew mill-ġdid, u minn fuq il-baħar, il-proġett kellu jinqsam f’erba’ fażijiet.

·     L-ewwel fażi kienet tinkludi il-parti tal-promenade minn ħdejn  iċ-Chains sa quddiem Trejqet Grenfell.

·     It-tieni fażi kopriet it-tisbiħ tal-promenade sa ħdejn il-pitch tal-waterpolo tan-Neptunes. F’din il-parti tal-proġett sar xogħol strutturali estensiv sew fuq l-art kif ukoll fil-baħar biex twessgħet it-triq bejn iż-żewġ pitches. F’din il-fażi sar xogħol fuq wiċċ it-triq, tqiegħdu servizzi ġodda u inbniet bankina ġdida fuq in-naħa tar-residenti.

·     It-tielet fażi kopriet il-bini mill-ġdid tal-waterpolo pitch ta’ San Ġiljan.

·     L-aħħar fażi kienet tinkludi t-tisbiħ bejn il-waterpolo club tan-Neptunes u l-Barracuda. Sar ukoll xogħol fuq wiċċ it-triq u tqiegħdu servizzi sa’ fejn Misraħ Balluta.  

Francis Zammit Dimech qal li dan il-proġett kien wieħed fejn ingħata kull ħsieb għad-dettal ħalli kull parti tal-proġett tkun taqbel mal-bqija. Fil-proċess ingħata wkoll każ li jkun hemm inkonvenjenzi mill-anqas mhux biss għar-residenti tal-post iżda wkoll għall-eluf ta’ nies li jiffrekwentaw dawn l-inħawi. 

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li issa li dan il-proġett tlesta l-Gvern kien se jwettaq xogħlijiet fi Pjazza Spinola u Triq San Ġorġ. Hu qal li fl-istess inħawi, f’Paceville, kien diġa sar xogħol ta’ tisbiħ fi Triq Santu Wistin u Triq Wilġa. Hu qal li fix-xhur li ġejjin se jibda xogħol ta’ tisbiħ fuq il-bqija ta’ Paceville li minbarra li hi ċentru ta’ divertiment hi ukoll lokalita’ residenzjali. 

Francis Zammit Dimech irringrazzja lil kulmin ta sehmu biex seħħ dan il-proġett u radd ħajr lill-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet għall-ħidma tagħhom biex dan il-proġett seta’ jkun rialezzat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow