Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. DR. LAWRENCE GONZI, VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI, WAQT IL-KONFERENZA LINGWA TAS-SINJALI MALTIJA ORGANIZZATA MID-DEAF PEOPLE ASSOCIATION – SALINA BAY – 14 JANNAR 2003

PR45
Date Icon 14/01/2003
Nixtieq kieku dan id-diskors nista’ naghmlu bil-Lingwa li jifhmuni l-persunili ghalihom qed isir din il-konferenza. Sfortunatament din il-Lingwa ma nafhiex. Tal-anqas ghandna l-interpreti maghna biex jghinu lilna, persuni li nisimghu u persuni li ma jisimghux, nifhmu lil xulxin.
Din hi l-ewwel Konferenza Nazzjonali li qatt ghamletl-Ghaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigh u l-ewwel konferenza li qatt saret dwar din il-Lingwa. Dan hu sinifikattiv hafna ghax turi l-progress li sar f’dan il-qasam. Illum hu sar protagonist f’pajjizna li qed jinsisti li jkun mismugh anke jekk ma jitkellimx bhal maggoranza tas-Socjeta’. Mhux hekk biss imma qed jghidilna li ma hemm xejn hazin li tkun differenti, anzi, id-differenza hi xi haga sabiha li ta’ min niccelebrawha, nifirhu biha, nirricerkawha, u nistudjawha.
Certament m’hemmx ghalfejn infakkar li l-UnjoniEwropea ddedikat l-2003 lill-persuni b’dizabilita. Dan naturalment jinkludi ukoll lil persuni neqsin mis-smigh. It-tema maghzula mill-Kummissjoni ghal din is-sena ghal pajjizna hija FLIMKIEN NASLU. F’konferenza li saret f’Dicembru li ghadda, jiena staqsejt: Naslu fejn? U ppruvajt inwiegeb lili nnifsi billi identifikajt hames oqsma li jidhirli li huma mportanti hafna li noholqu miri ghalihom, biex fis-snin li gejjin nilhquhom, u flimkien naslu biex nakkwistawhom.

Dawn il-hames oqsma kienu:

  1. l-Edukazzjoni
  2. Il-Presidenti tal-Ghaqda diga enfasizza kemm danil-qasam hu problematiku ghal persuni neqsin mis-smiegh. Hemm diversi problemi li jridu jigu rizolti fosthom il-metodologija li rridu nuzaw ghat-taghlim formali kif wkoll ghat-tahrig kontinwu u ta’ matul il-hajja.
    Sfortunatment dan hu qasam fejn, fid-dinja kollha,m’ahniex nahdmu verament flimkien u ghalhekk hu aktar difficli li naslu. Hawn skejjel ta’ hsieb differenti u metodologiji differenti. Importanti imma li nitghallmu mill-izbalji ta’ haddiehor u li verament nisimghu lil persuni neqsin mis-smigh infushom, biex naraw x’qed u kif jesperjenzaw ir-realta’ ta’ madwarhom sabiex ix-xoghol ikun imfassal fuq il-persuna u mhux il-persuna ghax-xoghol.
    L-oganizzazzjoniet internazzjonali, wara li semghulill-persuni neqsin mis-smigh infushom, qablu li hu importanti li l-persuni neqsin mis-smigh jiehdu l-edukazzjoni taghhom b’sistema bi-lingual, jigifieri dik tas-sinjali u dik mitkelma-miktuba. Dan insibuh f’dokumenti tal-Gnus Maqghuda, tal-UNESCO, tal-Kunsill tal-Ewropa u anke ta’ l-Unjoni Ewropea. L-Ghaqda taghkom taqbel ukoll ma’ dan u ghalhekk hemm bzonn li jkun hemm decizjoni fuq dan, halli mbaghad ikun jista’ jsir ir-reklutagg u t-tahrig mehtieg. M’hemm l-ebda dubju li l-Lingwa tas-Sinjali trid tkun element importanti hafna f’dan it-tahrig.
    Naturalment dan ghandu jinkludi ukoll l-edukazzjonipost-sekondarja u terzjarja li ghall-persuni neqsin mis-smigh, tiddependi hafna fuq il-Lingwa tas-Sinjali. L-access ghal din l-edukazzjoni tiddependi hafna fuq l-izvilupp tal-Lingwa ts-Sinjali u s-servizzi relatati maghha. Hawnhekk ghad fadlilna hafna x’naghmlu biex nilhqu pajjizi ohra zviluppati u jkollna gradwati neqsin mis-smigh.
  3. Ix-Xoghol
  4. L-impjieg huwa l-kejl ta’ l-inkluzjoni socjali. Hu tajjeb li l-maggoranza assoluta tal-persuni neqsin mis-smigh ghandhom impjieg. Madankollu rridu nistaqsu: il-persuni neqsin mis-smigh qed jaghmlu xoghol skond il-kapacitajiet veri taghhom? Hafna drabi nsibu li persuni neqsin mis-smiegh ghandhom hiliet wisq akbar minn dak li jahdmu. Hemm cirkostanzi fejn dawn il-persuni huma mhallsa anqas minn haddiehor, li qed jaghmel l-istess xoghol bhalhom.

    Hawn hi l-isfida taghna f’dan il-qasam li huwa process naturali li jsegwi mill-edukazzjoni. Hemm bzonn li l-persuni neqsin mis-smgih wara li jkollhom edukazzjoni tajba, jkollhom l-opportunitajiet li jsibu xoghol li jaghtihom mhux biss il-flus li ghandhom bzonn biex jghixu kwalita’ ta’ hajja tajba imma ukoll is-sodisfazzjoni ta’ bnedmin kapaci bhal kull cittadin iehor.

    Nemmen, li permezz tal-ligi dwar l-opportunitajiet indaqs ghal persuni b’dizabilita’ kif ukoll bil-ligi dwar ir-relazzjonijiet industrijali u dawk dwar l-impjieg inghatat l-ghodda t-tajba sabiex jigi garantit l-access hieles ghas-suq tax-xoghol lill-persuni neqsin mis-smiegh

  5. It-Tielet qasam hija l-Informatika
  6. Intom tesperjenzaw aktar minni kemm hija mportanti t-teknologija u l-informatika biex il-persuni neqsin mis-smigh jeghlbu l-izvantaggi li ggib mieghu l-fatt li wiehed ihaddem il-lingwa tas-sinjali. L-informatika hija newtrali f’dan il-qasam barra mill-fatt li hija wkoll ghodda indispensabbli sabiex tipprovdi l-assistenza lill-persuni neqsin mis-smiegh.

    L-unika zvantagg, jekk tista’ ssejjahlu hekk, huwa l-fatt li t-thaddim effettiv tat-teknologija jirrikjedi livell adekwat ta’ litterizmu. Ghaldaqstant hu essenzjali li l-persuni neqsin mis-smigh ikunu litterati kif wkoll mharrga f’dan il-qasam. Nuqqas ta’ dan, f’dinja li mxiet lejn aktar dipendenza fuq l-informatika zgur li ser tissarraf f’eskluzzjoni.

    Pajjizna wkoll irid isib mezz kif nesplojtjaw dan il-qasam biex neghlbu certi zvantaggi. Dan jista’ jsir anki b’ghodda ta’ ricerka u bl-assistenza ta’ fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja bhalma hu s-Sixth Framework Programme. Nemmen li kemm il-Kummissjoni kif wkoll l-ghaqdiet f’dan is-settur ghandhom jizguraw partecipazzjoni attiva f’dan il-programm ta’ ricerka, sabiex flimkien ma’ siehba ohrajn minn madwar l-Ewropa jizviluppa metodi u ghodda adattati ghall-persuni neqsin mis-smiegh.

    F’pajjizna diga bdejna billi introducejna t-textelefon. Ghad baqa’ x’isir u dan jinkludi s-sottotitoli fi programm tat-television, videofons u s-sottotitoli u interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali ghall-programmi fuq it-television. Madankollu, l-akbar inizjattiva li permezz taghha l-persuni neqsin mis-smiegh zgur li jistghu jgawdu qatiegh, hija l-izvilupp ta’ servizzi u taghrif elettroniku permezz ta’ l-internet. Bi pjacir inhabbar li l-Ministeru tieghi jinsab fl-ahhar stadji ta’ zvilupp ta’ strategija li ser tippermetti l-ghoti ta’ numru ta’ servizzi, inkluz servizzi ghall-persuni b’dizabilita’, permezz ta’ l-internet. Nemmen li bil-koperazzjoni ta’ kulhadd naslu anke hawnhekk.

  7. Ir-Raba’ qasam hu l-Accessibilita.
  8. Naturalment l-accessibilita’ ghal persuni b’nuqqas ta’ smigh tfisser accessibilita’ ghall-informazzjoni u konsultazzjoni, u sussegwentement sehem fit-tehid tad-decizjonijiet. Huwa f’dan il-kamp fejn tidhol hafna l-Lingwa tas-Sinjali. Huwa ta’ sodisfazzjon ghalija li l-Ministeru ghall-Politika Socjali permezz ta’ ghajnuna finanzjarja, qed jghin biex l-Ghaqda tkun tista’ timpjega l-ewwel interpretu tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija u tipprovdi servizz ta’ intepretazzjoni minghajr hlas lill-persuni neqsin mis-smigh u lil kull min ghandu bzonn dan is-servizz.

    Jien sodisfatt ukoll li l-Ghaqda ghamlet uzu tajjeb mil-Ligi Opportunitajiet Indaqs biex intom ikollkom access ghall-ahbarijiet bil-lingwa taghkom u li certi servizzi ohra, bhalma huma dawk tal-breakdown services ikunu accessibbli ghalikom ukoll. Prosit li qed taghmlu uzu minn din il-Ligi u nittama li tkomplu taghmlu dan b’mod ragonevoli u gust.

    FLIMKIEN NASLU tfisser li ghad baqa x’wiehed jaghmel! Niftakar li meta kont Segretarju Generali tal-Partit tieghi, konna bdejna nipprovdu interpreti tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija waqt il-mass meetings taghna – haga li fortunatament ghadna naghmlu. Ghamilna ukoll video bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija tal-punti principali tal-manifest elettorali taghna. Issa li resqet fuqna sena decisiva ghall-futur ta’ pajjizna, nispera li tinghata mportanza lill-persuni neqsin mis-smiegh sabiex huma wkoll ihossuhom parti minn dawn l-avvenimenti storici u ghaldaqstant ikunu jistghu jesprimu fehmthom b’mod xieraq u informat!

    Din l-accessibilita trid tinfirex mhux biss fl-oqsma politici, imma fl-oqsma l-ohra tal-hajja tal-persuni neqsin mis-smigh - fid-dinja tal-edukazzjoni, tax-xoghol, religjuza, socjali u tad-divertiment. Il-Lingwa tas-Sinjali Maltija hi l-aqwa ghodda li tista’ tibni pont effettiv ghall-inkluzjoni shiha u effettiva tal-persuni neqsin mis-smiegh fis-socjeta Maltija.

  9. L-ahhar punt hu l-bzonn ta’ sinergija

L-izvilupp ta’ Lingwa tas-Sinjali Maltija hija mira milhuqa grazzi ghall-impenn u l-isforz ta’ diversi ghaqdiet li fehemu l-bzonn li jahdmu flimkien fuq progett komuni. Ghaqdiet favur persuni b’disabilita’ ghandhom rwol importanti x’jaqdu. Dak li nkiseb matul is-snin kien kollu frott ta’ l-insistenza ta’ ghaqdiet bhal taghkom. Huwa vera li l-politici saru hafna aktar konxji mill-bzonnijiet, u l-esigenzi ekonomici imbuttawna sabiex nizviluppaw mudell inklussiv, madankollu l-moviment ghall-persuni b’dizabilita’ kien xprun importanti f’dan il-process ta’ zvilupp.

Ghadni kemm ircevejt kopja ta’ l-ewwel taqsima tad-dizzjunarju tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija fuq ktejjeb u CD. Dan hu biss il-bidu. Mela barra l-prosit, ippermettuli nheggigkom tkomplu din il-hidma biex tippubblikaw it-taqsimiet kollha ghal dan id-dizzjunarju. Naf li din hija bicca xoghol enormi. Biss jekk tfittxu tahdmu f’sinergija - l-Ghaqda taghkom, l-Istitut tal-Lingwistika tal-Universita ta’ Malta, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita, il-Fondazzjoni ghall-Accessibilita fl-Informatika u l-isponsors, l-ewlieni fosthom il-Vodafone, ninsab cert li taslu…u taslu flimkien!

Matul is-sena 2003 irridu nkomplu nishqu li d-dizabilita’ ma tfissirx inabilita’. L-eskluzzjoni socjali tista’ tigi meghluba biss permezz tal-glieda kontra l-faqar, d-diskriminazzjoni u n-nuqqas ta’ opportunitajiet indaqs. Irridu nkomplu nifmhu s-socjeta Maltija fiex tista’ tibbenefika permezz ta’ l-inkluzzjoni dejjem aktar shiha tal-persuni neqsin mis-smiegh f’termini ekonomici, f’termini ta’ rizorsi intelletwali kif wkoll f’termini socjali bhala socjeta’ civili.

Grazzi

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

Aktar Stqarrijiet Right arrow