Left arrow Mur Lura

IMNIEDI KTIEB DWAR "IL-WIRT SPORTIV"

pr441
Date Icon 02/04/2003


"Wirt sportiv jista` jieħu diversi xejriet. Jista` jieħu s-sura l-aktar ovvja tal-Kumplessi Sportivi Nazzjonali jew Reġjonali. Wirt sportiv huwa x-xogħol li sar fil-familja sportiva permezz ta’ tisħiħ fix-xibka u l-infrastruttura ta' għaqdiet, il-faċilitajiet tagħhom u t-tagħmir li fihom. Wirt sportiv huwa t-tisħiħ li kellna fl-edukazzjoni sportiva, l-iskemi ta’ preparazzjoni għall-eċċellenza. Huwa l-istrutturi ġodda għall-ippjanar u tħejjija, u kif ukoll il-patterns ta’ infieq li ħloqna.

Nemmnu li f’kull aspett ta` l-isport imsemmi ħdimna, imxejna, ħallejna l-impatt tagħna u ser inħallu kultura li tista’ tkompli tinbena għall-ġid ta' l-isport Malti. Żammejna l-wegħdi li għamilna!”

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett qal dan meta llum wara nofsinhar, nieda ktieb dwar il-"Wirt Sportiv" f’dawn l-aħhar erba’ snin.

Il-ktieb jitkellem dwar il-kisbiet importanti tal-komunita` sportiva Maltija flimkien mal-ħolqien ta’ opportunitajiet miksuba permezz tal-politika għaqlija tal-Gvern f’dan is-settur. Il-Perit Mugliett qal li l-ħsieb wara l-pubblikazzjoni tal-ktieb huwa li tkun stabbilita l-kontinwita` fl-isports. Sabiex l-isport Malti jikber, jenhtieg inkomplu bil-programmi ta` twessiegh ta` partecipazzjoni, ta` zvilupp ta` facilitajiet, ta` ghajnuna lill-ghaqdiet. B’hekk biss l-assocjazzjonijiet ikunu jistghu jippjanaw fit-tul.

Waqt l-istess attivita`, is-Segretarju Parlamentari ppreżenta madwar Lm42,000 f’donazzjonijiet lill-assoċazzjonijiet nazzjonali bħala parti mill-għajnuna finanzjarja li tingħata kull sena mill-iSport Support Programme. Dan il-programm ikopri għajnuna li tmur għall-amministrazzjoni tal-Assoċazzjonijiet.

Minbarra dawn id-donazzjonijiet, il-Perit Jesmond Mugliett ippreżenta wkoll donazzjoni ta’ Lm50,000 lill-Kumitat Olimpiku Malti bħala parti mill-grant għall-għajnuna teknika ta’ Lm200,000 li permezz tagħha, l-KOM jissussidja l-atleti u l-coaches fit-taħriġ tagħhom għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, b’mod speċjali għall-edizzjoni ta’ din is-sena li ser issir f’pajjiżna.

Fl-istess ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett qassam rigali lil ħamest itfal, rebbieħa tal-kompetizzjoni tat-tpinġija relatata ma` l-Open Day tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Dawn ir-rigali inghataw ġentilment mill-Bank of Valletta p.l.c., u l-Head of Marketing tal-istess Bank, is-Sur Joe Zammit, ippreżenta l-isponsorship li l-istess bank kien ta, għal din l-attivita`.

Preżenti kien hemm ukoll iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, s-Sur Michael Aquilina li għamel preżentazzjoni dwar il-funzjonijiet ġodda li l-istess Kunsill beda jattwa, issa li dahlet fis-seħħ il-Liġi l-ġdida dwar l-iSport. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow