Left arrow Go Back

PRIORITA’ GĦAL TISBIĦ F’PACEVILLE

pr437
Date Icon 02/04/2003

It-tisbiħ tal-pajjiż sar għal dan il-Gvern priorita’ mhux biss minħabba s-settur turistiku li jikkontribwixxi għal kwart tal-Prodott Gross Domestiku iżda anke għaliex hi l-politika tal-Gvern preżenti li l-poplu Malti jgħix f’ambjent aħjar u li jkompli jgħolli l-livell tal-għajxien.

Dan qalu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Francis Zammit Dimech waqt diskors li għamel meta saret il-preżentazzjoni tal-proġett ta’ tisbiħ ta’ Paceville

Francis Zammit Dimech qal li Paceville hi meqjusa bħala l-mekka tad-divertiment. F’din il-lokalita’ hemm mijiet ta’ postijiet ta’ divertiment u konċentrament ta’ lukandi ta’ l-ogħla kwalita’. F’din il-lokalita’ hemm ukoll għadd ta’ residenti li rridu nħarsulhom il-kwalita’ tal-ħajja tagħhom.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li dan l-aħħar twettaq il-proġett ta’ Triq Santu Wistin fejn twessgħu l-bankini u ġew pavimentati, inbniet mill-ġdid it-triq, tqiegħdu dwal moħbija u dwal dekorattivi u kienet installata għamara ġdida tat-toroq. Hekk din it-triq ta’ lukandi, cinemas, postijiet ta’ divertiment u ħwienet ta’ kull tip ingħatat dehra ġdida u moderna.

Proġett ieħor li twettaq f’dawn l-inħawi kien it-tisbiħ fi Triq Wilġa fejn inbnew il-bankini u ġew pavimentati, it-triq inksiet bit-tarmak u sar xogħol ieħor biex din il-lokalita’ ssebbħet.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Gvern kien issa ser jkompli dan il-proġett fuq l-inħawi kollha tal-lokalita’. Ix-xogħol kien jinvolvi disinn għat-tisbiħ tat-toroq u tal-pjazza ewlenija ħdejn Mercury House. Id-disinn għal Paceville kellu jkun wieħed sempliċi, iżda fl-istess waqt innovattiv, kontemporanju u li jagħti sens ta’ dinamiżmu. Wara li ġew ippreparati numru ta’ disinji ġie deċiż li jitwessgħu l-bankini u li dawn jinksew b’madum li jirreżisti għall-eluf ta’ nies li jippassiġġjaw f’dawn l-inħawi u li anke jkun ta’ stil li jagħmel it-tindif tiegħu faċli.

Il-pjazza ewlenija, li allura hi ċ-ċentru ta’ Paceville, kienet ser tiġi ttrattata b’mod kompletament differenti peress li hi l-element ewlieni tad-disinn kollu. Din il-pjazza ser tiġi pavimentata b’madum bazat fuq is-siment bi żrar tal-granit.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-għażla ta` l-għamara ngħatat attenzjoni partikolari tant li ntagħżlu disinji ta’ teknoloġija għolja b’ħafna użu ta’ l-istainless steel. Fil-pjazza ser jitqiegħdu wkoll fittings tad-dwal fl-art, arbli tad-dawl maħduma mill-azzar u miksija bl-akrilika, ħwat tal-konkos għall-pjanti u l-fjuri li wħud minnhom ser jiddawru b’bankijiet ta’ l-injam.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li billi Paceville hi lokalita’ residenzjali, matul il-jum u ċentru ta’ divertiment bi-lejl irid jinstab il-bilanċ bejn it-tnejn. Kien għalhekk deċiż li t-toroq ewlenin jiġu pavimentati kompletament biex f’tarf il-ġimgħa jingħalqu għat-traffiku u jkunu kompletament għall-użu tan-nies. Hu qal li ngħatat ukoll konsiderazzjoni sħiħa għaż-żieda ta’ spazji għall-parkeġġ mir-residenti.

Francis Zammit Dimech qal li dan il-Gvern qed jagħmel minn kollox biex isebbaħ u jimmodernizza pajjiżna. Hu qal li matul dawn l-aħħar tmien snin twettqu proġetti ta’ tisbiħ mal-pajjiż kollu. Issa li minn max-xtut qed nidħlu l-ġewwa fiċ-ċentru tal-lokalitajiet inħass li Paceville kellha tkun waħda mill-postijiet li jingħataw attenzjoni speċjali minħabba l-karatteristiċi tagħha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow