Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministru tal-Finanzi, l-Onor. John Dalli

pr436
Date Icon 02/04/2003

B’risposta ghall-ahhar stqarrija li ghamel Leo Brincat, il-Ministru tal-Finanzi, l-Onor. John Dalli qal li bhas-soltu, tal-Labour l-ewwel ifattruha imbaghad jippruvaw jigbruha.

Hu fatt li llum, wara li din is-sena l-Gvern Nazzjonalista, naqqas it-taxxa bin-nofs (jigifieri b’sitt xhur), u liema tnaqqis se jibqghu igawdu fis-snin ta’ wara, dawk li jaqilghu Lm87 fil-gimgha ihallsu Lm30 taxxa. Dan ifisser Lm2.50 taxxa fix-xahar u li ghalhekk ifisser Lm5 taxxa f’xahrejn.

Il-Ministru Dalli staqsa ghalfejn l-Onor. Leo Brincat qed jitbaqbaq, jekk dawn huma verament ic-cifri ?

Issa, l-Onor. Leo Brincat qed jghid li dawn m’humiex se jkunu anqas mill-bonus li se jinghata. Sal-lum, la l-Onor. Leo Brincat u lanqas l-Onor. Alfred Sant ghadhom ma qalulna dan il-bonus x’se jkun. Fil-fatt, lanqas huma stess ma jafu.

Il-Ministru jsostni li dawn il-mizuri li thabbru mill-Partit Laburista, kienu imharbxa malajr malajr u minghajr hsieb, u staqsa: kif jista’ jkun li wara erba’ snin hsieb mill-mijiet ta’ nies li jghidu li kkontribwew ghall-programm tal-Partit Laburista, ma kienux kapaci johorgu b’xi haga ahjar minn din, jew ghal inqas, naqra iktar konvincenti ?

L-Onor. John Dalli qal li l-fatt hu li gimmicks bhal dawn jissawwru minn min hu nkompetenti u min, fil-leblieba ghall-poter, lest jaghmel minn kollox biex iqarraq bil-poplu.

Il-fatt hu wkoll li l-poplu mhux se jiffranka taxxa. Jidher li l-Partit Laburista se jzidu l-income tax meta jkunu fil-Gvern. Jekk m’hux hekk, ghalfejn din il-"mahfra" qed jghidu li se jaghtuha ghal darba wahda biss ?

Il-Poplu Malti ma jridx il-pjacir li ma jhallasx taxxa ghal xahrejn, biex wara jhallas qares fix-xhur ta’ wara. Il-poplu Malti jrid tnaqqis ta’ taxxa li jibqa’.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow