Left arrow Go Back

PREZENTAZZJONI F'ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND LIL PERSUNI U ISTITUZZJONIJIET GĦAWDXIN

pr435
Date Icon 02/04/2003

L-E.T. il-President ta' Malta u s-Sinjura de Marco f'isem il-Malta Community Chest Fund, dalghodu,. ippreżentaw għajnuna finanzjarja, apparat speċjalizzat u diversi għajnuniet oħra lil diversi istituzzjonijiet u individwi Għawdxin fil-bżonn. Din il-preżentazzjoni saret fid-Dar Lourdes, Għawdex. It-total tas-somma ippreżentata tlaħħaq il-Lm3,473.

17-il persuna u 4 istituzzjonijiet bbenefikaw minn dawn il-fondi. Il-persuni bbenefikaw minn total ta' Lm2,108; filwaqt li t-total ta' donazzjonijiet li minnhom ibbenefikaw l-istituzzjonijiet u assoċjazzjonijiet huwa ta' Lm1,365. L-istituzzjonijiet li rċevew l-għajnuna mill-Malta Community Chest Fund huma:

Ħbieb tal-Morda u Anzjani Għawdxin LM 600
Ħbieb tal-Morda LM 500
House of Charity LM 150
Gozo General Hospital LM 115

Minbarra l-għajnuna finanzjarja, il-President u s-Sinjura de Marco ippreżentaw diversi rigali tal-Għid lit-tfal ta l-Istitut Lourdes, Oasis u n-Needy Families.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow