PJAN GHAL PACEVILLE
Meta ndirizza laqgha ghar-residenti u s-settur kummercjali ta’ Paceville, il-Ministru ghat-Turizmu, l-Onor. Dr. Michael Refalo sahaq li z-zewg ferghat tal-komunita’ ghandhom l-istess ghanijiet. It-tnejn iridu l-indafa, it-tnejn jitolbu ambjent u infrastruttura ahjar, it-tnejn jenhtiegu l-ordni.
"Ghajb li dak li jixtieq u jrid kulhadd ma jitwettaqx. Jehtieg li s-sidien tal-hwienet jizguraw li l-haddiema taghhom ikunu minn ta’ l-ewwel li joqghodu ghal-ligijiet, li mhux inaddfu gewwa biex ihamgu barra; ikunu huma li jizguraw li l-klijenti jiehdu pjacir minghajr ma’ jdejjqu lir-residenti. Jehtieg neqirdu l-egoizmu u nghixu aktar ta’ komunita’."
"Quddiemkom ghandkom tlett Ministri li ghalkemm nohorgu fuq l-istess distrett, minkejja klima elettorali, gejna flimkien biex nuru kif u kemm nahdmu flimkien ghal gid komuni, ghal ghan wiehed. Hekk ukoll jenhtieg ghaqda akbar bejn l-interessi kollha tal-komunita’ ta’ Paceville, biex jitwettqu progetti ta’ fejda u gid b’rizq kulhadd."
Il-Ministru Refalo qal li matul l-2002 u anki bhalissa, sar u qed isir hafna xoghol b’rizq ir-residenti u l-komunita’ kummercjali ta’ Paceville, kif ukoll thejjija ghall-inhawi tal-Bajja ta’ San Gorg.
"Issa li spicca t-trab u t-terrapien ghandna gawhra ta’ triq li tghaddi minn quddiem l-Intercontinental u Bay Street. Il-progett ghat-tishih tal-Bajja ta’ San Gorg lest. Dan jenhtieg jibda fil-bidu tal-2004. Ser ikun progett pilota biex mit-taghlima tieghu jsiru bajjiet ohra."
Il-Ministru Refalo habbar li l-Awtorita’ tat-Turizmu ser tipprovdi "bins" ghall-gbir tal-iskart f’Paceville, li t-tender tlesta u ser johrog. Hekk ukoll ser tipprovdi recipjenti ghall-iskart domestiku. L-Awtorita’ tat-Turizmu qed thallas ghat-tindif extra tal-lokal.
L-Awtorita’ ffurmat kumitat li jhaddan l-interessi kollha ta’ Paceville, bil-ghan li jitfassal management plan ghal-lokal. "Ghaddejt tlett snin u fuqhom nahdem minn hemm. Bhalkom naf xi jfisser il-vandalizmu, l-aktar minn zghazagh Maltin u barranin. Sakemm hallejnih vojt, zghazagh keshin u vandali, ghamlu herba mill-hitan u mill-gnien. Issa wara li naddafna, u li l-Palazz rega’ qed jintuza, ghamilna l-ghassa bil-lejl u l-incidenti ma regghux irrepetew ruhhom."
Il-pjanti ghat-titjib tal-gnien ta’ Spinola lesti u bhalissa qed jigu ezaminati mill-MEPA mal-periti tal-Awtorita’. Parti kbira minn nefqa ser tohrog mill-planning gain fund ta’ l-izvilupp ta’ Portomaso."
Stqarrijiet Oħra:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934