Left arrow Mur Lura

GHAJNUNA LIL MIN IBATI BI PROBLEMI TA’ SAHHA MENTALI

pr430
Date Icon 01/04/2003

L-Awtorita’ tad-Djar ghadha kif tat zewg appartamenti lill-Fondazzjoni Richmond, li ser jintuzaw sabiex dawk li jkollhom problemi ta’ sahha mentali, jkunu jistghu jghixu hajja aktar independenti.

Dan thabbar illum mill-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, Dr. Lawrence Gonzi u c-Chairperson ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, Ms. Marisa Micallef Leyson, waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet fl-appartamenti stess fil-Fgura.

Dan kien possibli permezz ta’ inizjattiva li giet imfassla biex tassisti NGOs, biex jipprovdu ‘housing’ ghall-klijenti taghhom. Aparti dawn iz-zewg appartamenti l-Fgura, l-Awtorita’ tad-Djar tat b’kollox disa’ appartamenti b’cens lill-Fondazzjoni Richmond. L-Appartamenti l-ohra qeghdin Hal-Kirkop (2), in-Naxxar (1), l-Imtarfa (3) u ta’ Giorni (1).

B’din l-inizzjattiva, NGOs jistghu japplikaw ghal proprjeta’ jew ghal fondi sabiex tigi restawrata proprjeta’ li ser tintuza ghal skop ta’ housing. Ic-Chairperson ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, Marisa Micallef Leyson qalet li permezz ta’ din l-inizjattiva l-Awtorita’ tad-Djar setghet tghin numru ta’ nies li kellhom problemi specifici. Minghajr dan is-servizz, kien ikun impossibli li nghinnu dawn in-nies. Dawn l-appartamenti, spjegat Ms. Micallef Leyson, ser jintuzaw biex nies bi problemi mentali jkunu jistghu jghixu hajja ndependenti jew semi independenti, waqt li jaghmlu uzu minn servizzi ohra. Dawn is-servizzi jinkludu kura psikjatrika u tal-care workers. Dan li qed isir huwa l-frott tal-kollaborazzjoni bejn l-Awtorita’ tad-Djar u l-Fondazzjoni Richmond.

Il-Vici Prim Ministru u l-Ministru ghal Politika Socjali, l-Onor. Dr. Lawrence Gonzi qal li din hija inizjattiva ohra li l-Ministeru ghamel f’dawn l-ahhar erba’ snin u nofs biex nassiguraw li ‘housing policy’ tkun iktar socjali. "Ahna mhux biss tajna iktar minn 2,000 post affordabli lill-koppji u familji, izda assistejna numru ta’ NGOs billi ipprovdejnilhom servizzi ta’ akkommodazjoni ghal dawk vulnerabbli jew qieghdin fi zvantagg; ezempju dawk bla saqaf fuq rashom, nisa f’diffikultajiet, persuni b’dizabilita’ u persuni b’mard mentali.

"Din l-assistenza ammontat ghal madwar Lm200,000 f’din il-legislatura u din t-tip ta’ assistenza ghenet u ghamlet iktar facli l-hajja ta’ individwi biex jghixu fil-kommunita’ bla differenzi. Il-politika ta’ dan il-gvern hija wahda konkreta, ahna nfittxu biex insahhu u niffacilitaw l-integrazzjoni ta’ persuni li qieghdin fi zvantagg biex jiksbu l-potenzjal taghhom u jaghtu l-kontribut taghhom fis-socjeta’ kif ukoll fl-ekonomija attiva’ tal-pajjiz."

Il-Ministru Gonzi semma wkoll l-importanza tal-Kummissjoni Nazzjonali ghar-riformi tas-Sahha Mentali li hadmet biex tippromwovi kultura fi trattamenti u integrazzjoni tal-persuni b’diffikulta, b’sahha mentali. Il-Ministru rringrazzja partikularment lil NGOs bhal Richmond Foundation, li kienu minn ta’ l-ewwel f’din il-kommunita’ li bbazaw fuq kura ta’ sahha mentali f’Malta u qal li l-gvern ser jibqa’ jassisti lil NGOs, minhabba li s-servizz taghhom huwa utli hafna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow