lM300,000 għall-ġonna tal-Belt Valletta
PR43
14/01/2003
| Meta kien qed iżur xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni li qed isiru | fil-Ġonna ta’ Hastings fil-Belt Valletta, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech qal li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-belt Valletta, li twaqqaf mill-Gvern preżenti, kien qed jipproġetta nefqa ta’ Lm300,000 fuq perjodu ta’ sentejn, sabiex itejjeb id-dehra tal-gonna fil-belt Valletta u l-Floriana. |
| Francis Zammit Dimech qal li bħalissa kienu qed jitwettqu proġetti | ta’ riabilitazzjoni u restawr fit-tliet ġonna tal-belt Valletta dak ta’ Hastings, tal-Barrakka ta’ Fuq u l-Barrakka t’Isfel. Hu qal li fil-ġimgħat li ġejjin se jiżdied ir-ritmu ta’ xogħol fil-ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq u l-Barrakka t’Isfel fil-Belt Valletta kif ukoll fil-ġnien tal-Mall, fil-Floriana. |
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li fil-Ġnien ta’ | Hastings kien hemm ħsara kbira fil-ħitan ta’ barra li f’partijiet minnhom kienu anke ta’ periklu, peress li bdew iċedu partijiet mill-ħajt f’diversi postijiet. Hu qal li għalhekk l-ewwel fażi tat-titjib ta’ dan il-ġnien kienet dik li jinbidlu l-ħitan ta’ barra. Dan il-proġett qed jitwettaq minn ħaddiema tal-kumpannija Kalaxlokk taħt id-direzzjoni ta’ l-uffiċjal tekniku Vince Centorrino. Francis Zammit Dimech qal li l-ħajt waħdu se jiswa Lm29,000. Hu qal li darba jitlesta x-xogħol fil-Barrakka ta’ Fuq u l-Barrakka t’Isfel jibda l-upgrading tal-Gnien ta’ Hastings. |
| Francis Zammit Dimech qal li bhala parti min dan il-proġett, hemm | il-pjan li tinbena mill-ġdid il-gardjola li nħattet fl-1992, minħabba li kienet ta’ periklu. Ix-xogħol fuq dan il-proġett se jibda fil-jiem li ġejjin. |
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li l-proġett biex | jiġu riabilitati l-ġonna tal-belt Valletta u l-Floriana, hu parti minn proġett sħiħ ta’ titjib ta’ l-ispazji pubbliċi kollha f’dawn iż-żewġ lokalitiajiet. Hu qal li diġà kienu riabilitati spazji pubbliċi bħal ġonna fiċ-Ċentru Rikreattiv Re Ġorġ V fil-Floriana u s-Salinos Ground fil-belt Valletta. |
| Il-Ministru Zammit Dimech ħabbar ukoll li fil-ħames snin li ġejjin | se jintefqu mal-miljun lira għal proġetti ta’ areas pubbliċi li jinkludu Triq il-Merkanti/Pjazza San Ġorġ flimkien ma’ inħawi oħra fiż-żewġ lokalitajiet. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931