Left arrow Mur Lura

REĠISTRAZZJONI BIEX L-ISTUDENTI MALTIN JIBBENEFIKAW MINN PREZZ SUSSIDJAT TAS-SOFTWARE TAL-MICROSOFT

pr429
Date Icon 01/04/2003

Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali, l-Onor. Dr. Austin Gatt u l-Ministru ta` l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis Galea llum niedew l-implimentazzjoni ta’ parti oħra mill-ftehim li l-Gvern Malti, għamel mal-Microsoft. Mill-lum f’kull klassi ta’ l-iskejjel Maltin, privati, tal-Knisja kif ukoll dawk ta’ l-istat, ser tibda tiġi nsatallata l-enċiklopedija Encarta (2003). L-Encarta ser tkun installata wkoll fil-libreriji pubbliċi, fl-Internet Centres li hemm f’kull Kunsill Lokali u fuq il-Webphones li qed jiġu installati fit-toroq ewlenin madwar Malta u Għawdex. Il-Programm Encarta huwa l-iktar programm edukattiv popolari fil-qasam tal-Computers, żvilluppat mill-Microsoft.

Il-Ministru Austin Gatt irringrazzja lill-Microsoft għad-donazzjoni ta’ 4,000 Encarta lill-iskejjel tagħna. Il-Ministru ħabbar li iktar tard din il-ġimgħa, ser jitniedu żewġ inizjattivi oħra: nhar il-ġimgħa mistennija tiġi inawgurata l-Microsoft IT Accademy, filwaqt li nhar is-sibt ser jitnieda il-proċess ta’ reġistrazzjoni għas-sussidju tas-Software tal-Microsoft għall-istudenti kollha Maltin bi prezz sussidjat ħafna.

Dr. Austin Gatt semmgħa kif pajjiżna qed jagħmel dak kollu possibbli biex jelimina għal kollox il-problema tal-qasma diġitali. L-inizjattiva tal-lum trid titiqies fil-kuntest tad-diversi inizjattivi li ttieħdu f’dawn l-aħħar sentejn. Dawn jinkludu l-Internet Centres f’kull Kunsill Lokali, l-Webphones f’kull lokalita` u taħriġ lil 9,000 persuna permezz ta’ l-inizjattiva myWeb. Erbgħa ġimgħat wara li inbdiet l-inizjattiva ta’ eMail b’xejn lil kulħadd, 1,200 persuna irreġistraw għal indirizz ta’ l-email b’xejn.

Il-Ministru Louis Galea, semmgħa kif id-diversi "inizjattivi li qed nieħdu, qegħdin jsiru biex fid-dinja tal-lum jkollna politika u strateġija ta’ tagħlim u edukazzjoni tul il-ħajja kollha. Is-soċjeta` tal-lum hija s-soċjeta` ibbażata fuq it-tagħrif. Il-politika edukattiva tagħna hija politika inklussiva biex kulħadd jkollu l-għodda u t-taħriġ meħtieġ".

Il-Ministru Galea irrefera għal dik li sejjaħ bħala revoluzzjoni fil-qasam tal-ICT. Semmgħa fost l-oħrajn l-inizjattiva tal-ECDL, fejn iktar minn 1,500 student applikaw biex jieħdu din iċ-ċertifikazzjoni, filwaqt li qed nipprovdu dan it-taħriġ lil kull student sa mill-form 1.

Il-Ministru Galea semmgħa l-viżjoni tal-Gvern biex fil-futur tkun pajjiż ta’ eċċellenza f’dan il-qasam.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow