Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI: ‘IL-MINISTRU DALLI JGHID LI L-ONOR. LEO BRINCAT JIVVINTA C-CIFRI’

pr424
Date Icon 01/04/2003

L-istqarrija konfuza ta’ l-Onor. Leo Brincat, Kelliemi Ewlieni ta’ l-Oppozizzjoni dwar il-Finanzi, hija turija tal-mod imgerfex kif mexxa l-Partit ta’ l-Oppozizzjoni meta kien fil-Gvern bejn l-1996 u l-1998, u kif opponew f’dawn l-ahhar erba’ snin.

Il-Ministru tal-Finanzi John Dalli, li kien qed jirreagixxi ghal stqarrija mahruga mill-Onor. Leo Brincat, qal li dan huwa kollhu rizultat tal-konfuzjoni ta’ ideat, konfuzjoni ta’ cifri li ghandu l-Partit Laburista.

Il-Ministru Dalli qal li fl-ahhar budget, il-Gvern ha mizuri li fissru tnaqqis mit-taxxa ghal dawk li jaqilghu sa Lm4,500 u ghal xahrejn, ghal dawk li jaqilghu sa Lm10,000. Il-Ministru Dalli qal li dawn inghataw minn din is-sena u se jibqghu jinghataw kull sena fil-futur.

Il-Ministru tal-Finanzi sostna li ghall-Onor. Leo Brincat, dan hu opportunizmu politiku u li l-‘gimmick’ tal-partit ta’ l-Oppozizzjoni m’hi xejn hlief kopja fjakka ta’ dak li jaghmel il-Gvern prezenti, biex imbaghad l-istess Onor. Leo Brincat jghid li dawn l-hekk imsejha incentivi huma ta’ stimolu ghall-ekonomija.

Ghalhekk, il-Ministru tal-Finanzi John Dalli isaqsi – ‘Ghaliex taghhom ifuh u taghna jinten?’ L-Onor. Leo Brincat imbaghad ikompli jghaffeg fic-cifri. Dwar dan il-Ministru John Dalli rrimarka li ma jiskantax kif l-Onor. Leo Brincat ma ndunax li d-deficit kien tela’ ghal Lm150 miljun fis-sena u kompla li l-isbah wahda hi, li fl-istqarrija tieghu, l-Onor. Leo Brincat jghid li hemm Lm400 miljun arretrati tat-taxxi.

Din hija cifra li ma tezistix, izda tindika dak li ghandu f’mohhu – li jaghti rigal ta’ Lm25 miljun biex imbaghad jisloh Lm400 miljun – dak stimolu ta’ l-ekonomija!

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow