Stqarrija TAL-MinistEru tal-Finanzi: ‘IL-MINISTRU JOHN DALLI JGHID LI Dr. Alfred Sant jixtrik ghal xahrejn u jarmik wara’
Bi twegiba ghall-istqarrija li ghamel il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, l-Onor. Dr. Alfred Sant, dwar dak li sejjah bhala ‘programm ghal pajjiz’, il-Ministru tal-Finanzi, l-Onor. John Dalli qal li dan m’hu xejn hlief turija ta’ disperazzjoni li jinsab fijha l-Onor. Dr. Alfred Sant li qieghed jipprova jixtri l-voti minghajr sens ta’ qies u serjeta’.
L-Onor. Alfred Sant qieghed jixtri l-poter bi flus il-poplu stess.
Il-Ministru John Dalli qal li ‘ta’ min jghid li dak li qieghed jaghmel l-Onor. Dr. Alfred Sant issa mhu xejn hlief kopja fjakka ta’ dak li ghamel il-Gvern prezenti fl-ahhar sentejn, meta kif beda jsib irkabtu tad-deficit fil-pajjiz, naqqas b’mod qawwi it-taxxa tad-dhul fuq kulhadd, u ta b’mod strutturat u permanenti zieda fl-ghajnuna supplimentari ghal dawk li ma hadux beneficcju mit-tnaqqis tat-taxxa, mhux ghal darba, kif qieghed iwieghed il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni.’
Fil-fatt il-mizuri li ha f’dawn l-ahhar sentejn il-Gvern, irrizultaw f’dan it-tnaqqis –
- ghal min jaqla’ sa Lm5,000 - tnaqqis ta’ 4 xhur taxxa fuq id-dhul
- ghal min jaqla’ sa Lm6000 - tnaqqis ta’ 4 xhur taxxa fuq id-dhul
- u ghal min jaqla’ bejn Lm7,000 u Lm10,000 tnaqqis ta’ 3 xhur taxxa fuq id-dhul
Dan it-tnaqqis huwa wkoll permanenti u ghalhekk jghaddi bil-bosta it-tnaqqis ta’ xahrejn ghal darba li qieghed iwieghed l-Onor. Dr. Alfred Sant.
Ta’ min jghid li l-politika tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni ser tirrizulta fi stagnar ekonomiku shih, li ser tfisser iffrizar ta’ pagi, tnaqqis ta’ pensjonijiet, tnehhija ta’ sussidji u tnaqqis ta’ overtime.
Il-Ministru tal-Finanzi John Dalli qal li dan ser jiswa lil kull cittadin hafna iktar milli qieghed iwieghed l-Onor. Dr. Alfred Sant illum, biex jixtri l-voti tal-poplu.
Mill-banda l-ohra, l-politika tal-Gvern prezenti ser tfisser dhul ta’ Lm81 miljun fi 3 snin mill-Unjoni Ewropea, investiment ikbar, iktar xoghol u pagi ahjar. U dan kollu jista’ jsostni aktar tnaqqis ta’ veru, fit-taxxa fil-futur.
Il-Ministru John Dalli qal li ghal qasam tas-self employed, l-Onor. Alfred Sant qed jerga’ jwieghed is-shab, bi krediti mhux definiti ; ghaliex b’dawn il-mizuri li vvinta ta’ malajr, ma jistax ikun konkret fuqhom.
L-ekonomija proposta mill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, l-Onor. Dr. Alfred Sant tohloq incertezza, tfisser inqas bejgh u inqas qliegh ghas-self employed ; filwaqt li l-politika tal-Gvern ser tohloq certezza, stabbilta’, tkabbir ekonomiku, iktar flus fl-idejn, u ghalhekk aktar bejgh u aktar qliegh.
Stqarrijiet Oħra:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934